Anatomija u Fiżjoloġija

 

Il-Kanal Ġenitali tan-Nisa jikkonsisti mill-utru, it-tubi fallobjani, l-għonq tal-utru u l-ovarji li jipproduċu l-bajd u l-ormoni tas-sess. L-utru huwa organu muskolari fejn il-fetu jiżviluppa waqt it-tqala. It-tubi fallopjani huma kanali li minnhom bajda tgħaddi mill-ovarji għall-utru. Il-fertilizzazzjoni ġeneralment issir fit-tubu. L-għonq tal-utru huwa r-reġjun dejjaq wara l-utru li jwassal għall-vaġina. Dan jirrilaxxa l-mukus li jservi ta’ protezzjoni biex il-batterja ma tidħolx fl-utru. Il-konsistenza tal-mukus taffettwa l-passaġġ tal-isperma. Il-vaġina, jew il-kanal tat-twelid, isservi ta’ passaġġ waqt il-ħlas u bħala post fejn jiġi ddepożitat is-semen waqt l-att sesswali. Il-parti ta’ fuq iddawwar l-għonq tal-utru, u l-parti ta’ isfel hija protetta mil-labia.