L-Eżami tas-Sider

Eżami ta’ sidrek tiegħek stess: Din hija proċedura li ssir mill-individwu biex jeżamina fiżikament u viżwalment il-bidliet fis-sider u taħt id-dirgħajn.

Il-masses tas-sider huma komuni u xi wħud minnhom ikunu jistgħu jinħassu. Il-maġġoranza jkunu beninni, iżda massa f’għaxra tikkawża l-kanċer. Dijanjożi tard tal-kanċer tista’ taffettwa r-riżultat tal-kura. L-eżami li tagħmel int stess ma jsirx minflok it-testijiet ta’ skrining, iżda flimkien magħhom. Kull bidla għandha mbagħad tiġi rrappurtata lil tabib.

Għan-nisa li ma jkunux esperjenzaw l-menopawża dan għandu jsir kull l-ewwel għaxart ijiem taċ-ċiklu, minħabba li huwa anqas probabbli li s-sider ikun minfuħ u juġa’. In-nisa li jkunu għaddew mill-menpawża għandhom jagħmlu dan b’mod regolari f’intervalli mensili.

X’għandek tfittex:

·         Varjazzjoni fid-daqs tas-sider

·         Varjazzjoni f’kif jinħass is-sider (mases, toqol, sħana)

·         Tikmix jew ritratazzjoni tal-ġilda

·         Inverżjoni jew sliħ tar-ras tas-sider

L-eżami għandu jsir waqt li tkun mimduda (biex tkun tista’ tħoss il-bidliet) imbagħad quddiem mera (biex tkun tista’ tara l-bidliet). Meta timtedd it-tessut tas-sider jinfirex b’mod uniformi.