Problemi komuni ginekologici

Id-Dyspareunia

 

Id-dyspareunia (l-uġigħ waqt l-att sesswali) jista’ jseħħ fin-nisa li ma jkunux għamlu attività sesswali jew waqt il-menopawża minħabba l-vaġinite atrofika (meta l-kisja tal-vaġina tibda tirqaq). L-Infezzjonijiet li Jittieħdu Sesswalment, l-infezzjonijiet tal-kanal urinarju, il-prolass (meta organu ma jinżammx f’postu mill-muskoli u jagħfas fuq il-vaġina) u l-kondizzjonijiet tal-ġilda wkoll jistgħu jikkawżaw id-dyspareunia.

 

Kwistjonijiet psikoloġiċi, bħaż-żmien ta’ wara l-abbuż, jistgħu jinterferixxu mal-lubrikazzjoni u jikkawżaw id-dyspareunia.

 

Il-Vaġiniżmu

 

Dan huwa spażmu involontarju (ebusija) tat-terz ta’ barra tal-vaġina, li jagħmel l-att sesswali diffiċli jew anki impossibbli xi kultant. Il-kura tiddependi fuq il-kawża għaldaqstant il-kawżi fiżiċi u mediċi għandhom jiġu esklużi. Il-kura ġeneralment tikkombina għadd ta’ metodi bħal metodi ta’ rilassazzjoni, fiżjoterapija, eżerċizzji għall-qiegħ tal-pelvi u terapija tal-koppji f’ċerti każijiet.

 

 

Dmija wara l-Kopulazzjoni

 

Id-dmija wara l-kopulazzjoni (id-dmija wara s-sess) tista’ tkun sinjal ta’ infezzjoni, trawma, ekrozzjoni jew tumuri u għandha tiġi investigata. Għandek tikkonsulta lit-tabib tiegħek biex tistabbilixxi l-kawża.

 

 

 L-Endometrijożi

 

L-endometrijożi hija ddefinita bħala tessut mill-endometriju f’postijiet anormali. Din hija kondizzjoni ġinekoloġika komuni li ġeneralment taffettwa lin-nisa li jista’ jkollhom it-tfal u li tista’ tikkawża uġigħ li jħallik bla saħħa u problemi ta’ infertilità. Dan it-tessut jgħaddi minn bidliet ċikliċi bħall-endometriju normali (jiġifieri l-kisja tal-utru) iżda ma jaqax u għalhekk jikkawża problemi fil-post. Jista’ jkun hemm ċikatriċi li jikkawżaw l-ibblukkar tat-tubi li min-naħa tiegħu jwassal għalinfertilità.

 

·         L-Ovarji Polisistiċi

 

Din hija kondizzjoni komuni oħra li taffettwa lin-nisa li jkunu f’età riproduttiva. Din hija kkaratterizzata minn suppressjoni tal-ovulazzjoni, livelli għoljin ta’ androġenu u li tkun muswaf ħafna (żvilupp anormali ta’ xagħar). Apparti mis-suxxettibbiltà akbar tal-pazjent għad-dijabete, il-pazjent jista’ jkollu wkoll problemi ta’ fertilità u riskju akbar ta’ kanċer fl-endometriju.

 

Sfortunatament is-sindrome tal-ovarji polisistiċi (PCOS) ma tistax titfejjaq; madankollu s-sistomi jistgħu jiġu kkurati u kkontrollati. Jeżistu diversi għażliet ta’ kuri disponibbli. Nisa li jbatu mis-sindromi tal-ovarji polisistiċi jistgħu jesperjenzaw sintomi differenti. Dawn jinkludu:

  • Bidla fl-istil tal-għaxjien billi tagħżel li titlef il-piż, tagħmel aktar eżerċizzju
  • Kura bl-ormoni, inklużi ċerti tipi tal-pillola kontraċettiva orali jew mediċina kontra l-androġeni li jrażżnu l-effetti tal-ormoni maskili fuq il-ġisem
  • l-medikazzjoni tad-dijabete; il-metformin biex tiżdied is-sensittività tal-ġisem għall-insulina
  • Il-clomifene – mediċina tal-fertilità li tikkontrolla l-iżbilanċi fl-ormoni.
  • Il-kura bil-lejżer

 

Amenorreja huwa meta perjodi tieqaf kompletament jistgħu jkunu dovuti għal numru ta' raġunijiet:

   tqala
   malnutrizzjoni
   żbilanċ ormonali
   menopause
   ċerti mediċini

 

It-trattament jiddependi fuq il-kawża. L-istampi hawn taħt juru kawżi possibbli ta' amenorreja primarja u sekondarja. 

                      

                 Primary Amenorrhoea                                          

 

 

              Secondary Amenorrhoea

 

Menorraġja hija meta fejn l mara tara' ħafna demm xahar wara xahar. Għalkemm f'ħafna każijiet ma jkunx hemm kawżi sottostanti, din tista' tkun ikkawżata minn fibrojdi utru, sindromu tal-ovarji poliċistiċi (PCOS), IUDs u medikazzjoni antikoagulanti.