Il-Mutilazzjoni tal-Ġenitali tan-Nisa

Din hija prattika f’xi pajjiżi tal-Afrika u tal-Asja li tinvolvi t-tneħħija parzjali jew totali tal-ġenitali esterni tal-mara għal raġunijiet li mhumiex mediċi (inklużi dawk soċjali, reliġjużi u kulturali. Jeżistu 4 tipi ta’ FMG:

 

  • Qtugħ – tneħħija ta’ parti mill-klitoris jew tal-klitoris kollha u l-labia ta’ ġewwa (ix-xofftejn li  jdawru l-vaġina), bit-tneħħija jew mingħajr it-tneħħija tal-labia majora (ix-xofftejn il-kbar ta’ barra).
  • Klitoridettomija – it-tneħħija tal-klitori
  • Tingiż, titqib, qtugħ, brix u ħruq tal-ġenitali
  • Infibulazzjoni – tidjiq tal-ftuħ tal-vaġina billi jinħoloq siġill, iffurmat billi jinqatgħu u jiġu ppożizzjonati mill-ġdid il-labia.

 

L-FGM tagħmel lin-nisa aktar suxxettibbli għall-infezzjonijiet (tetnu, epatite B u C, kankrena, eċċ), ċesti, dmija, diffikultajiet sesswali, uġigħ, problemi fil-kanal urinarju, periods anormali, problemi mit-tqanqil sesswali, kumplikazzjonijiet waqt it-tqala u l-ħlas, kif ukoll marki tal-feriti.

L-effetti tal-FGM jistgħu jiġu kkoreġuti kirurġikament bil-ftuħ tal-labia u bit-tneħħija tat-tessut li jifforma l-marka ta’ ferita, iżda s-sensazzjoni ma tistax tingħata lura. Barra minn hekk, jekk mara tkun tqila l-proċedura għandha titwettaq qabel s-36 ġimgħa tqala, għax inkella jkun hemm kumplikazzjonijiet waqt il-ħlas.

L-FGM jista’ jkolha wkoll konsegwenzi psikoloġiċi serji. L-esperjenza tista’ tkun trawmatika u tikkawża uġigħ kbir, b’mod partikolari jekk issir fuq xi ħadd ta’ età żgħira fejn it-tifla ma tkunx qed tifhem x’inhu jiġri. Mara li tesperjenza l-FGM għandha aktar ċans li turi sintomi ta’ depressjoni u ansjetà, rabja, idea ħażina dwar ġisimha, mistħija u f’ċerti każijiet sinjali ta’ trawma. L-FMG tista’ timpedixxi l-pjaċir sesswali mhux biss minħabba l-ħsara fiżika kkawżata iżda anki minħabba aspetti emozzjonali.