Menstrwazzjoni

Il-menstrwazzjoni – li jiġik il-period – hija parti miċ-ċiklu riproduttiv li jibda meta t-tifla ssir sesswalment matura fi żmien il-pubertà.

Waqt il-perjodu menstrwali, il-mara titlef id-demm mill-utru (il-ġuf) tagħha mill-vaġina. Dan idum minn tlett ijiem sa sebgħa. Kull period jibda bejn wieħed u ieħor kull 28 jum jekk il-mara ma tinqabadx tqila tul ċiklu partikolari.

 

Għaliex mara jkollha l-menstrwazzjoni?

 

L-organi sesswali interni tal-mara jikkonsistu minn żewġ ovarji, it-tubi Fallopjani, l-utru (il-ġuf) u l-vaġina. L-ovarji jżommu l-bajd li titwieledbihom il-mara u, waqt kull period, ġeneralment issir u timmatura bajda waħda minħabba l-azzjoni tal-ormoni li jiċċirkolaw fil-fluss tad-demm.

Il-menstrwazzjoni huwa proċess tassew ikkumplikat li jinvolvi ħafna ormoni differenti, l-organi sesswali u l-moħħ tal-mara. L-Ormoni li Jistimulaw il-Follikoli jikkawżaw li l-bajda timmatura f’ovarju u jistimulaw ukoll l-ovarji li jirrilaxxaw l-ormonu estroġen. L-estroġen imbagħad iwaqqaf ir-rilaxx tal-FSH (biex ma tiġix rilaxxata bajda oħra), u jistimula l-glandola pitwitarja biex tirrilaxxa l-ormon Lutenizzanti, li mbagħad jistimola l-ovarju biex jirrilaxxa l-bajda.

 

Meta bajda timmatura tinfaqa’ mill-ovarju u tivvjaġġa fit-tubu Fallopjan lejn l-utru. Il-kisja tal-utru – l-endometriju – tkun ħxienet bil-proġesteron u tkun lesta li tirċievi l-bajda fertilizzata. Jekk il-bajda tiġi fertilizzata u l-mara tkun tqila, din teħel mal-endometriju. Madankollu, jekk il-bajda ma tiġix iffertilizzata l-bidliet fl-ormoni li jirriżultaw iwasslu biex l-endometriju jaqa’ u b’hekk tibda l-mestrwazzjoni. It-tnixxija tal-mestrwazzjoni tkun komposta mill-endometriju nnifsu, flimkien ma’ xi ftit demm frisk ikkawżat wara li jinfaqgħu xi kanali tad-demm tassew fini fl-endometriju hekk kif dan jinqala’ minn mal-utru. L-ammont ta’ demm li jintilef minħabba l-period normali ta’ kull xahar ġeneralment ikun anqas minn 80ml.

 

 

Meta tibda l-mestrwazzjoni?

 

Illum il-ġurnata, il-bniet jibdew jimmestrwaw meta jkollhom bejn l-10 snin u l-14-il sena. L-età medja hija madwar 12-il sena. In-nisa jkomplu jimmestrwaw sa meta jkollhom bejn il-45 u l-55 sena, meta mbagħad tibda l-menopawża. Mara jkollha madwar 500 period tul ħajjitha.