Pre-konċepiment

Qabel ma toħroġ tqila, il-mara għandha tiżgura li s-saħħa tagħha tkun tajba ħafna. Dan jinkludi li:

·         Taqta’ s-sigaretti: it-tipjip jaffettwa l-livelli tal-ormoni u dan jagħmilha diffiċli biex il-mara toħroġ tqila. Barra minn hekk, jista’ jagħmel ħsara lill-fetu.

·         Ma tixrobx alkoħol: L-alkoħol jista’ jżid ir-riskju ta’ korrimenti u jaffettwa l-iżvilupp tal-fetu. Jista’ jnaqqas ukoll il-fertilità tar-raġel jekk jinxtorbu kwantitajiet eċċessivi.

·         Iżżomm dieta bbilanċjata

·         Tieħu supplementi tal-aċidu folliku u fejn hemm bżonn tal-ħadid

·         Tieħu l-vaċċin għar-Rubella u l-HPV

·         Tnaqqas id-dożi ta’ kaffeina