Sess wara tqala

M'hemm l-ebda regola dwar meta tista terġa’ tibda tiprattika attività sesswali wara li twelled. Peress li t-tarbija tgħaddi miċ-ċerviċi u l-vaġina, il-ġilda u l-entratura tal-vaġina tinġibed u jista' jkun hemm tiċrit. Dan it-tiċrit jiġi msewwi permezz tal-ponti li jfiequ fi żmien ftit jiem jew ġimgħat. Il-mara wara li twelled tista’ tesperjenza vaġina usa’, nixfa, selħa jew uġigħ.

Vaġina usa’: Il-vaġina tista' tinħass aktar wiesgħa minħabba t-twelid. Dan huwa normali. Tista’ wkoll tinħass minfuħa u mbenġla. Dan kollu jbatti maż-żmien. Huwa rrakkomandat li l-eżerċizzji pelviċi jgħinu sabiex tissoda il-ħajt vaġinali u l-muskoli tal-parti pelvika. Dan jgħin ukoll sabiex tiġi evitata l-inkontinenza u tiżdied il-fermezza vaġinali. Is-sess jista’ wkoll jinħass aħjar. Jista’ jkun li ma tkunx tista’ ssib ħin għal dan l-eżerċizzji, iżda dawn jistgħu jsiru waqt il-ħasil tal-platti u l-mogħdija! L-eżerċizzji tal-parti pelvika jistgħu jsiru b'dan il-mod:

  •                         Agħfas u jiġbed l-anus tiegħek fl-istess ħin u agħlaq u iġbed il-vaġina tiegħek ’il fuq
  •                         Agħmel dan malajr, stria u erħi l-muskoli immedjatament
  •                         Imbagħad agħmel dan bil-mod, billi iżżomm il-kontrazzjonijiet kemm tista’ (għal madwar 10 sekondi) qabel ma terħi
  •                         Irrepeti kull eżerċizzju 10 darbiet, bejn 4 sa 6 darbiet kuljum.

 

Nixfa fil-vaġina: Minħabba livell ta’ estroġenu baxx il-vaġina tista' tkun aktar xotta. Għall-ommijiet li qed ireddgħu, il-livelli ta' ormoni huma aktar baxxi u s-sintomi jistgħu jkunu aktar qawwija. Ladarba jieqfu jreddgħu, il-livell tal-ormoni jirritorna għan-normal u s-sintomi jistgħu jittaffew. Jekk in-nixfa issir problema kellem lill-ġinekologu tiegħek jew lill-qabla jew inkella uża lubrikanti b’bażi ta’ ilma għaliex prodotti b’bażi ta’ żejt jistgħu jikkawżaw ħafna problemi. Huwa importanti li l-mara tkellem lil-partner tagħha dwar dan sabiex jinħoloq ambjent ta’ komunikazzjoni tajba l-partnerġewwa d-dar.

Uġigħ u ponti fil-perineum: jekk seħħ xi tiċrit u saru l-ponti, huwa normali li tħossok skomda u anki muġugħa fil-perineum. Tista' tkellem lit-tabib tiegħek jew lill-qabla dwar il-modi possibbli biex itaffu l-iskumdità jew l-uġigħ speċjalment jekk qiegħda tredda'. Ibdel il-pads sanitarji regolarment u dejjem żomm idejk nodfa qabel u wara.

 

 

Uġigħ waqt is-sess: Tgħaġġilx biex tagħmel l-att ta’ mħabba wara li jkollok tarbija għaliex dan jista' jkun skomdu jew saħansitra jweġġa’. Tista' wkoll tħossok anqas interessata fis-sess għaliex tista' tkun għajjiena iżżejjed minħabba li l-enerġija li tuża biex tieħu ħsieb it-tarbija tiegħek u l-bqija tal-familja. Kellem lil-partner tiegħek u aqsam din l-esperjenza miegħu. Tridu tiġbdu ħabel wieħed. Il-partner tiegħek jista’ jkun għajjien daqsek u jħossu konfuż dwar kif ser tindirizzaw dan is-suġġett tas-sess. Tista' wkoll tħossok maħbuba u kuntenta b'modi intimi oħra bħal bews, tgħanniq, masturbazzjoni reċiproka jew sess orali. Fil-każ tal-omm wieħed għandu l-ewwel jesplora bl-idejn biex iserraħ rasu li mhemm l-ebda uġigħ jew skumdità preżenti. Dan jgħin kemm għall-omm u għal-partner biex jirrilassaw flimkien u jiffokaw fuq xulxin. Jekk tiddeċiedi li tagħmel l-att ta’ mħabba, ipprova agħżel il-pożizzjoni bil-mara fuq sabiex tikkontrolla r-rata u l-fond tal-penetrazzjoni. Ħu l-ħin tiegħek madankollu jekk is-sintomi jippersistu ikkonsulta l-qabla jew t-tabib tiegħek.

 

Attenta: Agħżel metodu ta' kontraċezzjoni xierqa għalik jekk inti ma tridx li toħroġ tqila hekk malajr, jekk m'intix tredda’ u l-mestrwazzjoni tiegħek tkun għadha ma bdietx. Jekk għandek suspett ta' infezzjoni miksuba sesswalment fittex li kemm int kif ukoll l-partner tiegħek tiġu invistati mill-aktar fis possibbli. Li tieħu ħsieb tarbija tista' tkun xi ħaġa impenjattiva ħafna. Għalhekk meta tista' għandek strieħ u tieħu ħsieb tiegħek innifsek billi tiekol tajjeb u tixrob ħafna fluwidi.