Sess waqt it-Tqala

Il-mara tista’ tkompli tagħmel is-sess waqt it-tqala, sakemm ma jkollhiex tqala multipla (jiġifieri tkun qed tistenna aktar minn tarbija waħda), ma jkollhiex storja ta’ ħlas qabel iż-żmien, u jekk tkun qed tesperjenza xi wieħed minn dawn is-sintomi:

·         Dmija mill-vaġina

·         Placenta praevia (il-plaċenta tiżviluppa f’pożizzjoni ’l isfel fl-utru u b’hekk tibblokka l-għonq tal-utru)

·         Twessigħ prematur tal-għonq tal-utru

·         Jinfaqgħu l-membrani

Barra mill-għajja u l-uġigħ fid-dahar, għadd ta’ kumplikazzjonijiet jistgħu jitfaċċaw li jagħmlu l-att sesswali waqt it-tqala diffiċli:

                         

·         Uġigħ fil-ġenitali

·         Lubrikazzjoni mnaqqsa

·         Infezzjonijiet fil-kanal urinarju

·         Utru mxaqleb lura, b’mod partikolari fl-ewwel ġimgħat tat-tqala

·         Infezzjonijiet bil-Candida u t-trichomoniases

·         Morliti

·         Inkontinenza

·         Vini varikużi fil-vulva

·         Ir-ras tal-fetu tkun ’l isfel fil-pelvi waqt l-istadji aktar tard tat-tqala

Mara tista’ tesperjenza tnaqqis fl-aptit sesswali tagħha, nuqqas ta’ tqanqil sesswali u tħassib dwar kif tkun qed tidher.