Test ta' Smear

Fil-preżent, il-bażi prinċipali tal-prevenzjoni tal-kanċer tal-għonq tal-utru (iżda mhux ta’ infezzjoni tal-HPV) fin-nisa tinvolvi skrining ta’ rutina permezz tal-Pap-smear test (jew Papanicolaou’s smear, imsemmi wara tabib Grieg fl-Istati Uniti,1883-1962). Dan it-test jinvolvi eżami ta’ rutina ta’ kampjun ta’ ċelloli mill-għonq tal-utru, magħruf bħala skrining ċitoloġiku, sabiex jiġu skoperti ċelloli fl-għonq tal-utru anormali. Sfortunatament, ma jeżistux testijiet ta’ skrining bħal dawn għall-irġiel. Għalhekk, m’hemmx mod kif tiddetermina jekk raġel għandux il-virus sakemm ma jikbrux il-felul ġenitali u wieħed ikun jista’ jinnotahom b’għajnejh.

 

Ġeneralment professjonist mediku jindika lin-nisa biex jibdew jagħmlu Pap smear test regolari kull sentejn mill-età ta’ 21 sena sa 29 sena, jew wara tliet snin mill-ewwel att sesswali sal-età ta’ 29 sena; imbagħad kull tliet snin għan-nisa li għandhom aktar minn tletin sena li jkollhom 3 testijiet negattivi (normali). Huwa tassew rakkomandat li n-nisa jsirilhom skrining, irrispettivament mill-preferenzi jew il-prattiki sesswali tagħhom. Ġeneralment professjonist mediku jindika lill-mara biex twaqqaf il-Pap smear tests bejn l-etajiet ta’ 65 u 70 sena jekk ikollha tliet Pap smear tests konsekuttivi normali, u l-ebda test anormali fl-10 snin ta’ qabel. Mara anzjanali tkun sesswalment attiva ma’ diversi sħab tista’ tingħata l-parir li tkompli tagħmel skrining ta’ rutina. Madankollu, huwa importanti ħafna li mara, qabel tiddeċiedi li tibda jew twaqqaf il-Pap smear tests regolari, tikkonsulta mat-tabib tal-familja jew mal-ġinekologu tagħha.

 

Jekk wara l-iskrining jiġu skoperti anormalitajiet fiċ-ċelloli, dawn jkomplu jiġi investigati bi proċedura bħall-“kolposkopija”, fejn it-tabib jeżamina l-għonq tal-utru viżwalment, u l-bijopsija. Skont ir-riżultati ta’ dawn l-investigazzjonijiet, tista’ tkun meħtieġakura, li tvarja mit-teħid ta’ mediċina għal proċedura kirurġika jew kimoterapija.

 

 

L-istampa ta' hawn taħt turi kif issir test ta' smear.

 

 

 

 

 

Iċ-Ċitoloġija Bbażata fuq Likwidu

Iċ-ċitoloġija bbażata fuq likwid (LBC) hija teknika li biha jiġu ppreparati kampjuni mill-għonq tal-utru biex jiġu eżaminati fil-laboratorju. Il-kampjun jinġabar b’mod simili għall-ismear tradizzjonali iżda l-apparat użat ifarfar iċ-ċelloli mill-ġuf. It-tabib jew il-ġinekologu mbagħad jaqla’ r-ras tal-ixkupilja, fejn ikun hemm iċ-ċelloli u jpoġġiha f’kontenitur żgħir tal-ħġieġ bi fluwidu preservattiv. Fil-laboratorju,il-kampjun jiġi kkurat biex jitneħħa l-materjal li jista’ jċajpar bħal mukus jew materja, imbagħad jittieħed kampjun każwali tal-bqija taċ-ċelloli. Wara jiġi ddepożitat saff irqiq ta’ ċelloli fuq slajd. Din imbagħad tiġi eżaminata taħt mikroskopju minn ċitologu.

 

X’inhuma l-vantaġġi li tuża l-LBC?

·         il-proċess tal-ġabra jiġi ssimplifikat għat-tabib.

·         Il-preżervazzjoni taċ-ċelloli titjieb

·         Ir-rata ta’ inadegwatezza titnaqqas

·         L-ebda ċellola ma tinħela

·         Metodu mħaffef għal-laboratorju biex jiskrinja kif ukoll jirrapporta

·         Għodda utli għat-tagħlim peress li jistgħu jiġu prodotti diversi, li jippermetti wkoll li jkun hemm iċċekkjar doppju meta jkun hemm dubju

·         Joffri riżultat standardizzat u b’hekk jitjieb is-servizz mogħti lill-pazjent.

Sal-lum il-ġurnata, l-LBC ma nstabx li huwa aktar sensittiv jew preċiż, però huwa l-aktar kosteffettiv.