L-Alkoħol u sess

Inizjalment, meta jiġi kkunsmat f'ammonti żgħar l-alkoħol jista' jmewwet l-inibizzjonijiet, u jsaħħaħ ix-xenqa sesswali. Madankollu, b'aktar konsum ta' alkoħol, il-proċess deċiżjonali ta' persuna tista’ tkun indebolita, b'hekk il-persuna tkun tinsab f'riskju ta' mġiba sesswali riskjuża. Taffetwa ukoll il-ħila tal-ġisem li jirrispondi għal stimuli sesswali (jiġifieri l-impatti tat-tqanqil).

Konsum għoli ta' alkoħol huwa marbut mad-diffikultajiet erettili fl-irġiel kif ukoll t-tqanqil vaġinali fin-nisa, fost problemi oħra tas-saħħa.

 

Caritas Malta toffri grupp ta' appoġġ għal dawk li jixtiequ jieqfu mix-xorb:http://caritasmalta.org/?m=content&id=8#AA

 

Sedqa toffri appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jaqtgħu x-xorb:

https://secure3.gov.mt/socialpolicy/SocProt/family/fsws/sedqa/care_services/care_detoxification.aspx