Sess anali

Is-sess anali jinkludi l-penetrazzjoni tal-anus bil-pene, bis-swaba’, bis-sex toys u l-vibraturi. Dan it-tip ta’ sess anali (l-istimulazzjoni tal-anus bil-ħalq jew l-ilsien) jissejjaħ ukoll rimming. Għalkemm is-sess anali huwa ġeneralment assoċjat mal-MSM (irġiel li jkollhom x’jaqsmu mal-irġiel) huwa komuni wkoll fost il-koppji eterosesswali. Wieħed għandu jipproteġi lilu nnifsu billi juża kondom għal kull att sesswali.

 

Is-sess anali mhux protett huwa attività b’riskju għoli li wieħed ilaqqat Infezzjonijiet li Jittieħdu Sesswalment. Dan għaliex il-kisja tar-rektum hija membrana rqiqa li tista’ tiċċarrat jew issirilha ħsara oħra faċilment, u għalhekk tkun f’riskju akbar ta’ infezzjoni. Is-sess anali jista’ jikkawża fissuri anali (tiċrit żgħir fil-kisja). Il-fissuri ma jagħmlux dannu fit-tul lir-rektum; iżda dawn ifiequ bil-mod u jistgħu jikkawżaw ħafna wgigħ. Barra minn hekk huma jżidu r-riskju li infezzjoni tidħol fil-fluss tad-demm. Evita li ddaħħal oġġetti li jistgħu jtaqqbu l-musrana.

 

Il-persuna li tirċievi s-sess anali tista’ tħoss xi wġigħ. L-anus ma jillubrikax ruħu bħall-vaġina, għaldaqstant huwa importanti li jintuża lubrikant b’bażi tal-ilma biex ma jkunx hemm fissuri. L-anus jassorbi l-ilma malajr u għalhekk il-lubrikant għandu jiġi applikat b’mod frekwenti. Il-lubrikanti b’bażi ta’ silikon iservu għal aktar ħin, iżda dawn jherru l-kondoms.

 

Koppja għandha tuża kondom ġdid jekk tagħmel is-sess vaġinali eżatt wara s-sess anali, biex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-batterja mill-anus għall-vaġina, peress li din tista’ tikkawża l-infezzjonijiet.

 

Il-kuntatt orali-anali jżid ir-riskju tat-trażmissjoni tal-E.coli li tista’ tikkawża l-gastroenterite. Bl-istess mod, razez oħra ta’ E.coli li jistgħu jgħaddu mill-anus għall-vaġina jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet fl-awrina u SAIs bħall-Epatite A, B u C, l-HPV, il-Gonorroea, il-Klamidja u l-LGV.