Il-Klinika tas-Saħħa Sesswali

Il-klinika ĠU toffri servizz b’xejn u kunfidenzjali biex wieħed jiġi ttestjat għall-SAIs u jikkurahom. M’hemmx bżonn li tiġi rriferut u m’hemmx limitu ta’ età. Dan ifisser li ż-żgħażagħ jistgħu jżuru l-klinika u d-dritt tal-kunfidenzjalità jiġi rrispettat (jiġifieri l-ġenituri/it-tobba ma jiġux infurmati). Tista’ ċċempel il-klinika fuq 21227981 jew 22987115.