Anatomija & Fiżjoloġija

L-anatomija sesswali esterna tal-irġiel tikkostitwixxi l-pene, l-iskrotum (li jdawwar it-testikoli) u l-perinew. Il-pene jikkonsisti mill-coporacavernosa u l-corpus spongiosum li jkunu involuti fl-erezzjonijiet. It-testikoli jipproduċu u jaħżnu l-isperma,filwaqt li l-perinewhija żona tassew sensittiva bejn il-borża skrotali u l-anus.

 

Internament, l-anatomija sesswali tar-raġel tinkludi wkoll il-vas deferens, il-pajpijiet eġakolatorji u l-uretra, li huma involuti fit-trasport tal-isperma. Il-bwieq seminali jipproduċu fluwidu li jaġixxi ta’ qafas għall-isperma billi jipprovdi mezz li bih tkun tista’ tilħaq l-oocyte (iċ-ċellola tal-bajda), kif ukoll bħala sors ta’ enerġija. Il-glandola tal-prostata hija struttura żgħira li tinsab taħt il-borża tal-awrina u li tipproduċi fluwidu li jiġi rilaxxat ukoll mal-isperma biex tiġi newtralizzata l-aċidità tal-passaġġ vaġinali.

 

 Hirsuties papillaris

Dawn huma denduliet tal-ġilda fuq il-pene li xi drabi wieħed jista’ jaħsibhom felul. Madankollu, dawn ma jiġux trażmessi sesswalment, u ma jitteħdux. Dawn ma jikkawżawx sintomi bħal uġigħ, ħakk jew skumdità iżda xi wħud iqisuhom bħala estetikament spjaċevoli. Dawn jistgħu jitneħħew kirurġikament jekk ikunu jdejqu lill-persuna.