Problemi ta’ Eġakulazzjoni

Main menu

    Hemm 3 tipi ewlenin ta’ problemi ta’ eġakulazzjoni:

    • Eġakulazzjoni prematura.
    • Eġakulazzjoni mdewma.
    • Eġakulazzjoni retrograda.


    Eġakulazzjoni prematura
    L-eġakulazzjoni prematura hija meta raġel jilħaq l-orgażsmu kmieni wisq, u jista’ jwassal għal tbatija sinifikanti u l-evitar tal-intimità sesswali f’xi każijiet. Dan jista’ jseħħ fi kwalunkwe età tul il-ħajja ta’ raġel. Sal-lum, l-effikaċja kemm tat-terapija medika (eż. ġellijiet anestetiċi lokali, antidepressanti) kif ukoll psikosesswali għadha qed tiġi investigata, iżda r-riżultati preliminari juru li l-eġakulazzjoni prematura tista’ tiġi kkurata b’xi suċċess.

    Eġakulazzjoni mdewma
    L-eġakulazzjoni mdewma sseħħ meta persuna tipika b’karatteristiċi maskili teħtieġ stimulazzjoni sesswali itwal (bejn 30–60 minuta) biex tilħaq l-orgażmu u l-eġakulazzjoni. Jista’ jkun li ma sseħħ ebda eġakulazzjoni.

    Kawżi ta’ dewmien fl-eġakulazzjoni:

    • Trawma psikoloġika.
    • Dijabete mellitus (normalment tip 1).
    • Korrimenti fis-sinsla tad-dahar.
    • Sklerożi multipla.
    • Kirurġija lill-bużżieqa tal-awrina jew lill-glandola tal-prostata.
    • Żieda fl-età.
    • Kura (bħal antidepressanti, antipsikotiċi, rilassanti tal-muskoli, mediċini għall-pressjoni għolja tad-demm, u methadone).


    Eġakulazzjoni retrograda
    L-eġakulazzjoni retrograda hija meta s-semen (il-likwidu tal-isperma) jivvjaġġa lura lejn il-bużżieqa tal-awrina minflok ma jgħaddi mill-uretra. Hija kundizzjoni rari ħafna. Dan jista’ jaffettwa l-fertilità.

    Sintomi:

    • L-ebda produzzjoni ta’ semen jew ammont żgħir matul l-eġakulazzjoni.
    • Awrina mdardra minħabba fluwidu seminali mħallat mal-awrina meta tmur għall-ewwel darba t-toilet wara s-sess.


    Il-kawżi tal-eġakulazzjoni retrograda:

    • Ħsara lin-nervituri jew lill-muskoli li jduru mal-għonq tal-bużżieqa tal-awrina.
    • Kanċer.
    • Kirurġija tal-glandola tal-prostata.
    • Dijabete mellitus.
    • Sklerożi multipla.
    • Kura għal pressjoni għolja tad-demm.


    Trattament
    It-trattament għal problemi ta’ eġakulazzjoni jista’ jvarja, skont il-kawża sottostanti. It-trattament jista’ jinkludi:

    • Tibdil fil-mediċini li tkun qed tieħu.
    • It-twaqqif jew it-tnaqqis tal-użu tal-alkoħol jew tad-drogi.
    • Konsulenza psikoloġika għat-trawma.

    Kellem lit-tabib tiegħek għall-gwida u appoġġ.