Mutilazzjoni Ġenitali Femminili

Main menu

    X'inhi l-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (MĠF)?
    Il-MĠF hija proċedura fejn il-ġenitali tipiċi femminili jinqatgħu, issirilhom ħsara, jew jinbidlu għal raġunijiet mhux mediċi.

    Għaliex tiġi pprattikata?
    Il-MĠF titwettaq f'ħafna pajjiżi bħala parti min-normi soċjali tagħhom, u għandha l-għeruq tagħha fl-inugwaljanza bejn is-sessi. Normalment isir fuq bniet ta' età bejn it-tfulija u l-15-il sena (qabel il-pubertà). Ir-raġunijiet għall-prattika jvarjaw. Ħafna komunitajiet jemmnu li din il-proċedura tiżgura ż-żwieġ futur ta' tifla, jew inkella tippreserva l-unur tal-familja.

    Il-MĠF hija illegali fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi bħala forma ta' abbuż tat-tfal.

    Tipi ta' MĠF
    Hemm erba' tipi ta' MĠF:

    • Il-qtugħ - it-tneħħija parzjali jew totali tal-klitoris jew tal-labja ta' ġewwa (ix-xoffa li ddawwar il-vaġina), bi jew mingħajr it-tneħħija tal-labia majora (ix-xoffa l-kbira ta' barra)
    • Klitoridektomija - it-tneħħija tal-klitoris
    • Tingiż, titqib, qtugħ u tqattigħ, brix jew ħruq tal-ġenitali
    • Infibulazzjoni - it-tidjiq tal-fetħa vaġinali billi jinħoloq siġill li jiġi ffurmat bil-qtugħ u l-ippożizzjonar mill-ġdid tal-labia


    X'inhuma r-riskji tal-MĠF?
    Ir-riskji tal-mutilazzjoni ġenitali femminili jiddependu fuq is-severità u l-ammont ta' tessut li tkun saritlu ħsara.
    Il-kumplikazzjonijiet ta' wara l-proċedura jistgħu jinkludu:

    • Uġigħ sever
    • Ħruġ ta' demm eċċessiv (emorraġija)
    • Nefħa tat-tessut ġenitali
    • Deni
    • Infezzjonijiet eż. tetnu, Epatite B u C, kankrena
    • Problemi urinarji
    • Problemi ta' fejqan ta' feriti
    • Feriti lit-tessut ġenitali tal-madwar
    • Xokk
    • Mewt

    Kumplikazzjonijiet fit-tul jistgħu jinkludu:

    • Problemi urinarji (urinazzjoni li tikkawża uġigħ, infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina)
    • Problemi vaġinali (tisfija, ħakk, vaġinożi batterika u infezzjonijiet oħra)
    • Problemi mestrwali (mestrwazzjonijiet li jweġġgħu, diffikultà biex jgħaddi d-demm mestrwali, eċċ.)
    • Farretti u cheloids
    • Problemi sesswali (waqt it-tqanqil u waqt l-att)
    • Riskju akbar ta' kumplikazzjonijiet fit-twelid - fit-tqala, it-treġġigħ lura tal-mutilazzjoni jeħtieġ li jsir qabel 36 ġimgħat ta' ġestazzjoni għax inkella jkun hemm kumplikazzjonijiet matul it-twelid
    • Il-ħtieġa għal operazzjonijiet oħra - pereżempju, l-issiġillar jew it-tiċrit tal-ftuħ vaġinali jista' jwassal għall-prattika li tinfetaħ il-vaġina ssiġillata aktar tard sabiex ikunu jistgħu jseħħu l-att sesswali u t-twelid ta' tarbija (deinfibulazzjoni). Xi kultant, it-tessut ġenitali jerġa' jinħiet mill-ġdid bosta drabi, inkluż wara l-ħlas, u għalhekk jgħaddi minn proċeduri ripetuti ta' ftuħ u ta' għeluq, u b'hekk ikompli jżid ir-riskji immedjati u fit-tul
    • Problemi ta' saħħa mentali - l-esperjenza tista' tkun trawmatika ħafna u ta' uġigħ, b'mod partikolari jekk issir f'età żgħira fejn it-tfal ma jifhmux x'qed jiġri. Huwa aktar probabbli li persuna turi sintomi ta' dipressjoni u ansjetà, rabja, immaġni ħażina tal-ġisem, mistħija u għarukaża, u f'xi każijiet, sinjali ta' trawma. Tista' wkoll ixxekkel il-pjaċir sesswali, mhux biss minħabba l-ħsara fiżika kkawżata iżda wkoll minħabba l-aspetti emozzjonali.


    Il-proċedura tista' titreġġa' lura?
    L-effetti tal-mutilazzjoni ġenitali femminili jistgħu jissewwew b'mod kirurġiku billi jinfetħu l-labia u jitneħħa t-tessut ferut. Madankollu, is-sensazzjoni ma tistax tiġi restawrata.