Gonorrea

Main menu

    X'inhi l-Gonorrea?
    Il-Gonorrea hija infezzjoni trażmessa sesswalment (STI) ikkawżata minn batterji msejħa Neisseria Gonorreae jew gonococcus. Bl-Ingli, kienet magħrufa bħala 'the clap', u bil-Malti tissejjaħ ukoll 'pixxikalda'. Spiss isseħħ fl-istess ħin bħall-klamidja.

    Kif teħodha l-Gonorrea?

    • Kulħadd jista' jeħodha l-Gonorrea. Hija komuni ħafna u tista' tiġi trażmessa faċilment matul is-sess vaġinali, orali u anali.
    • Jekk int tqila u għandek il-Gonorrea, tista' tgħaddi l-infezzjoni lit-tarbija tiegħek waqt il-ħlas.
    • Ħafna drabi, din l-infezzjoni ma tippreżentax sintomi.
    • Tista' tgħaddi l-Gonorrea lil ħaddieħor mingħajr ma tkun taf.
    • Il-Gonorrea tista' tiġi kkurata u mfejqa.
    • Jekk ma tikkurahiex il-Gonorrea, din tista' jwassal għal problemi serji ta' saħħa.
    • Anki jekk kellek il-Gonorrea qabel, xorta tista' terġa' teħodha.


    Kif nista' nnaqqas ir-riskju tiegħi għall-Gonorrea?

    • Uża l-kondoms kull darba li jkollok is-sess.
    • Ittestja kemm ikun hemm bżonn.
    • Illimita n-numru ta' partners tiegħek.
    • Tagħmilx see jekk tkun xurban/a jew tkun jew użajt drogi illeċiti.

    N.B. Il-ħasil tal-ġenitali wara s-sess mhux se jipprevjeni l-STIs.

    X'inhuma s-sintomi tal-Gonorrea?
    Tista' ma tkunx taf li għandek il-Gonorrea iżda xorta tista' tkun infettat/a u tgħaddi l-infezzjoni lil sħab sesswali oħra. Il-biċċa l-kbira tan-nies li għandhom il-Gonorrea ma jkunux jafu. Madankollu, tista' tesperjenza:

    Sintomi komuni għan-Nisa

    • Bidla fil-kulur (tisfija ħoxna ħadra, safranija), fir-riħa, jew żieda tat-tisfija mill-vaġina.
    • Demm bejn period u ieħor.
    • Uġigħ jew demm matul jew wara s-sess vaġinali.
    • Ħruq meta tgħaddi l-awrina.
    • Uġigħ jew skumdità fin-naħa t'isfel taż-żaqq.

    Sintomi komuni għall-Irġiel

    • Ħruq meta tgħaddi l-awrina.
    • Tisfija mill-pene.
    • Ħruq jew ħakk madwar il-fetħa tal-pene.
    • Uġigħ fit-testikoli.

     

     


    Kif nista' nsir naf għandix il-Gonorrea?

    • Tista' ċċempel lill-Klinika Ġenitourinarja fl-Isptar Mater Dei (Livell 2 tal-outpatients) fuq 25457494/1 għal appuntament.
    • It-tabib se jistaqsik għal kampjun tal-awrina u jistgħu jittieħdu kampjuni mill-griżmejn, miċ-ċerviċi, mill-anus jew mill-penis.
    • Tista' tiġi ttestjat għal STIs oħra peress li wieħed jista' jkollu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment fl-istess ħin.


    Meta għandi niġi ttestjat?

    • Għandek tiġi ttestjat/a malli tesperjenza xi wieħed mimn dawn is-sintomi.
    • Jekk kellek jew qed ikollok sess vaġinali, anali jew orali mhux protett.
    • Jekk kellek jew qed ikollok sess mhux protett ma' aktar minn partner.

    Il-batterji (bacteria) jinstabu prinċipalment fit-tisfija mill-pene u fil-fluwidu vaġinali.

    Kif tiġi kkurata l-Gonorrea?

    • Il-Gonorrea tista' tiġi ttrattata u kkurata bl-antibijotiċi.
    • Kun ċert li tlesti l-kors kollu tal-mediċini kollha. Taqsamhomx ma' oħrajn.
    • It-tabib jinfurmak meta jkun jista' jerġa' jkollox attività sesswali. Importanti li ma jkollokx sess sakemm jtlesti l-kors tal-mediċini. Segwi l-parir tat-tabib tiegħek. It-tul ta' żmien tal-kura se jaffettwa ż-żmien ta' meta jista' jerġa' jkollok is-sess.
    • Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk intix tqila peress li se jkollok bżonn antibijotiċi differenti.


    X'inhuma l-kumplikazzjonijiet tal-Gonorrea jekk ma tiġix ittrattata?
    Fin-nisa
    Il-Gonorrea tista' tinfirex internament sa qiegħ il-pelvis u tikkawża infezzjoni - kundizzjoni magħrufa bħala l-Marda Inflammatorja tal-Pelvis (PID). Il-PID jista' jwassal għal ġrieħi fit-tubi ta' Fallopju (l-għenieqed tal-bajd)  li jikkawżaw tqala ektopika (tqala barra mill-utru) u/jew infertilità.

    Fl-irġiel
    Il-Gonorrea tista' tinfirex mill-uretra għat-testikoli u tikkawża uġigħ. Dan rarament iwassal għal problemi ta' fertilità.

    Dan jista' jwassal għal infezzjoni serja fid-demm imsejħa settiċemija. Madankollu, jekk jiġu ttrattati kmieni, il-kumplikazzjonijiet kollha jistgħu jiġu evitati.

    Għandi ninforma lill-partner tiegħi dwar il-Gonorrea?

    • Il-partners tiegħek jista' jkollhom il-Gonorrea wkoll.
    • Qis li tgħid lill-partners sesswali reċenti tiegħek biex jiġu ttestjati u ttrattati. Jista' jkollhom il-Gonorrea mingħajr ma jkunu jafu.
    • Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa jistgħu jgħinuk tinnotifika lis-sħab sesswali tiegħek b'mod kunfidenzjali.
    • Jekk xi ħadd jikkondividi l-istatus tas-saħħa sesswali tiegħu miegħek, tiddejjaqx – anzi, irringrazzjahom! Int u l-partners tistgħu tiġu ttestjati u ttrattati!


    Nista' nerġa' neħdoha l-Gonorrea wara li nkun ġejt ikkurata?
    Iva, tista' terġa' teħodha l-Gonorrea. Tista' teħodha minn partners sesswali li ma jkunux ittrattati.

    Il-Gonorrea u t-tqala
    L-infezzjoni tista' tgħaddi wkoll minn mara tqila għat-tarbija tagħha waqt il-ħlas. Jekk int tqila u tinsab f'riskju li tiġi infettata bil-Gonorrea, importanti li tiġi ttestjata u kkurata qabel ma titwieled it-tarbija tiegħek.

    Mingħajr kura, il-Gonorrea tista' tikkawża għama permanenti, infezzjoni fil-ġogi, jew infezzjoni tad-demm li tkun ta' theddida għall-ħajja ta' tarbija tat-twelid.

    Il-Gonorrea taffettwa r-riskju tiegħi li nieħu l-HIV?
    Iva, il-Gonorrea żżid ir-riskju li tal-infezzjoni bl-HIV.

    Kif tista' tiġi evitata l-Gonorrea?
    Il-Gonorrea u STIs oħra jistgħu jiġu evitati b'suċċess bl-użu ta' kontraċezzjoni xierqa u billi jittieħdu prekawzjonijiet oħra, bħal:

    • Bl-użu ta' kondoms maskili jew kondoms femminili kull darba li jkollok sess vaġinali, jew kondoms maskili matul is-sess anali.
    • Uża kondom biex tgħatti l-pene, jew dam latex jew tal-plastik biex tgħatti l-ġenitali femminili jekk ikollok sess orali.
    • Taqsamx ġugarelli sesswali, jew aħsilhom qabel u wara s-sess u għattihom b'kondom ġdid qabel ma jużahom xi ħadd ieħor.


    Aktar informazzjoni u għajnuna

    • Kellem lit-tabib tiegħek.

    • Ċempel lill-GU Clinic fit-25457494/1 għal appuntament.


    Referenzi:

    https://iusti.org/wp-content/uploads/2019/11/Gonorrea2019.pdf

    https://www.bashhguidelines.org/media/1129/gonorrea-screen.pdf

    https://www.cdc.gov/std/gonorrhea/default.htm

    https://www.cdc.gov/std/gonorrhea/the-facts/default.htm