Il-Masturbazzjoni

Main menu

    X'inhi l-masturbazzjoni?
    Il-masturbazzjoni hija l-esplorazzjoni u l-istimulazzjoni li wieħed jagħmel waħdu. Tista' tinkludi li wieħed imiss il-partijiet ġenitali u tista' jew ma tistax tirriżulta f'orgażmu. Il-masturbazzjoni hija parti integrali minn ħajja sesswali b'saħħitha. Hija wkoll komuni bejn il-koppja kif ukoll individwalment. Il-masturbazzjoni tgħin biex tħossok aktar komdu ma' ġismek għax hija opportunità biex tesplora l-ġisem u tiskopri żoni pjaċevoli fil-ġisem. Nies ta' kull età jimmasturbaw u ħafna drabi din hija l-ewwel esperjenza sesswali li jkollhom. Mhux kulħadd jieħu pjaċir bil-masturbazzjoni u m'hemm l-ebda raġuni għalfejn għandek tagħmilha jekk ma tridx.

    X'inhuma l-benefiċċji tal-masturbazzjoni?
    Il-masturbazzjoni hija mod kif tiskopri ġismek u dak li jagħtik pjaċir. Din tista' ttejjeb il-kunfidenza fik innifsek. Tipprovdi wkoll sens ta' benesseri u fl-istess ħin ma tagħmel ħsara lil ħadd. Il-pjaċir sesswali jista' jtaffi burdata ħażina. Għalhekk il-masturbazzjoni tista' tkun forma ta' serħan mill-istress u tista' tgħin lill-persuni li jkollhom problemi bl-irqad. Il-masturbazzjoni hija pjaċevoli għal nies ta' kull età. Importanti li l-masturbazzjoni sseħħ f'post fejn ma tiġix disturbat għaliex dan jista' jikkawża wkoll sitwazzjoni skomda għal nies oħra. Hemm ukoll studji ta' riċerka li jgħidu li l-masturbazzjoni tnaqqas ir-riskju ta' kanċer fil-prostata (Giles et al 2003 & Leitzmann et al 2004). Lokalment, huwa illegali li wieħed jimmasturba fil-pubbliku.

    Jekk hemm persuni oħra involuti, importanti li l-ġugarelli sesswali jiġu koperti bil-kondoms biex jitnaqqas ir-riskju ta' Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment. Xi nies jużaw ukoll ġugarelli sesswali biex iżidu l-pjaċir tagħhom jew biex jissodisfaw il-fantasiji sesswali tagħhom. Tużax ġugarelli li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ġisem u qatt m'għandek iddaħħalhom fil-ġisem tiegħek għax jistgħu jibqgħu mwaħħlin.

    Hemm xi riskji waqt il-masturbazzjoni?
    Il-masturbazzjoni hija sigura u tajba għas-saħħa. L-unika ħaġa li jista' jiġri permezz tal-masturbazzjoni hija l-ħruq ta' frizzjoni speċjalment meta din issir ta' spiss. Ma jista' jirriżulta EBDA effett ieħor ta' ħsara għas-saħħa.

    Madankollu, l-STIs jistgħu jiġu trażmessi lill-oħrajn minn kwalunkwe fluwidu mill-partijiet ġenitali tiegħek, bħal semen, minn subgħajk jew b'xi mod ieħor.