Imġiba Sesswali
MSM (irġiel li jkollhom sess mal-irġiel):
MSM huwa terminu użat biex jirreferi għall-irġiel li jkollhom x'jaqsmu ma' rġiel oħra iżda li mhux neċessarjament jidentifikaw bħala omosesswali jew bisesswali.
WSW (nisa li jkollhom sess man-nisa):
WSW huwa terminu użat biex jirreferi għal nisa li jkollhom sess ma' nisa oħra iżda mhux neċessarjament jidentifikaw bħala lesbjani jew bisesswali.
Queer (aġġettiv):
Preċedentement użat bħala terminu derogattiv bl-Ingliż biex jirreferi għal individwi LGBTIQ, Queer bħala kelma reġgħet ittieħdet minn persuni li jidentifikaw lil hinn mill-kategoriji tradizzjonali tal-ġeneru u n-normi soċjali eteronormattivi. Madankollu, skont il-kuntest, xi nies xorta jistgħu jsibuha offensiva. Tirreferi wkoll għat-Teorija Queer, qasam akkademiku li jisfida n-normi soċjali eteronormattivi li jikkonċernaw is-sess u s-sesswalità.