Karatteristiċi Sesswali

Karatteristiċi Sesswali

    Sess (nom):

    • Il-klassifikazzjoni ta' persuna bħala raġel jew mara.
    • Is-sess huwa assenjat mat-twelid u miktub fuq ċertifikat tat-twelid, normalment ibbażat fuq id-dehra tal-anatomija esterna u fuq viżjoni binarja tas-sess li teskludi persuni intersesswali.
    • Is-sess tal-persuna, madankollu, huwa fir-realtà taqgħida tal- karatteristiċi tal-ġisem inklużi l-kromożomi, l-ormoni, l-organi riproduttivi interni u esterni, u l-karatteristiċi sesswali sekondarji.
    • Is-sess assenjat mat-twelid normalment isir is-sess legali wara li jinkiteb fiċ-ċertifikat tat-twelid u jiġi traspost għad-dokumenti ta' identifikazzjoni.


    Karatteristiċi tas-sess:
    Jirreferi għall-karatteristiċi kromosomali, gonadali u anatomiċi ta' persuna, li jinkludu karatteristiċi primarji bħall-organi riproduttivi u l-ġenitali u, jew fi strutturi kromosomali u ormoni; u karatteristiċi sekondarji bħall-massa tal-muskoli, id-distribuzzjoni tax-xagħar, is-sider u, jew l-istruttura. (Kap 540)

    Maskil bijoloġiku:
    Terminu assenjat lil persuna mat-twelid li s-sess tagħha jipproduċi l-ispermatożoa u jirreferi għal anatomija definita tradizzjonalment (eż. pene, skrotu) u għamla kromożomali (XY) ta' tifel/raġel.

    Femminil bijoloġiku:
    Terminu assenjat lil persuna mat-twelid li s-sess tagħha jipproduċi l-ova u anatomija definita tradizzjonalment (eż. vaġina, utru) u għamla kromosomali (XX) ta' tifla/mara.

    Intersess (aġġettiv):

    • Individwi intersesswali huma mwielda b'karatteristiċi sesswali fiżiċi li ma jaqblux man-normi mediċi jew soċjali għall-ġisem maskili jew femminili.
    • Dawn il-varjazzjonijiet fil-karatteristiċi tas-sess jistgħu jimmanifestaw ruħhom f'karatteristiċi primarji (bħall-ġenitali ta' ġewwa u ta' barra, l-istruttura kromosomali u ormonali) u/jew karatteristiċi sekondarji (bħall-massa tal-muskoli, id-distribuzzjoni tax-xagħar u l-istatura).
    • Persuni b'varjazzjonijiet fil-karatteristiċi tas-sess jistgħu jużaw it-terminu "intersess" inkella le biex jirreferu għalihom infushom. Madankollu, aħna nużaw it-terminu intersess biex nirreferu għall-persuni kollha b'varjazzjonijiet tal-karatteristiċi tas-sess.