Il-Pornografija

Il-pornografija jew il-porn normalment hija materjal sesswali espliċitu bħal films, kotba, stampi, u rivisti maħsuba biex iqanqlu persuna sesswalment. Illum il-ġurnata, il-pornografija online hija dejjem disponibbli u tista' tkun aċċessibbli l-ħin kollu fi kwalunkwe post. Il-pornografija tista' tikkawża problemi serji u tista' twassal għal ideat qarrieqa dwar l-imġiba sesswali, speċjalment fost iż-żgħażagħ. Il-pornografija tista' wkoll tagħmel ħsara lill-mod kif in-nies jaraw lilhom infushom u kif jaġixxu mas-sħab sesswali tagħhom. Tista' turi s-sess bħala sempliċement att fiżiku u mhux f'kuntest ta' relazzjoni ta' mħabba.


Sfortunatament, il-pornografija tista' tintuża, speċjalment mill-ġenerazzjoni żagħżugħa, bħala mod ta' tagħlim dwar is-sess. Tista' tagħti ideat foloz u mhux realistiċi ta' x'jiġri verament matul l-att sesswali, pereżempju, li jkun hemm ċerti aspettattivi u rwoli mis-sħab sesswali. Huwa faċli ħafna li min jara l-pornografija jiġi influwenzat, speċjalment iż-żgħażagħ, dwar l-aspettattivi tas-sess. Il-pornografija tista' tibgħat messaġġi negattivi bħal li l-atti sesswali vjolenti huma normali u attraenti, jew li huma OK relazzjonijiet sesswali li fihom ċerti persuni m'għandhom l-ebda setgħa.

Ħadd m'għandu jħossu taħt pressjoni biex iwettaq u jinvolvi ruħu f'xi mġiba sesswali li ma jkunx komdu jew kuntent li jagħmilha. Fil-pornografija, tingħata l-impressjoni li l-persuni matul is-sess huma sbieħ u mogħnija fiżikament, anki fil-każ tal-organi ġenitali. Dan jagħti immaġni falza "perfetta" u "normali" ta' x'għandha tkun persuna. Il-komunikazzjoni maż-żgħażagħ hija l-muftieħ biex tingħata l-informazzjoni korretta u biex jitwieġbu mistoqsijiet dwar is-sess/l-imġiba sesswali u r-relazzjonijiet. Il-kustodji u l-ġenituri għandhom ikunu konxji li l-pornografija tista' tħalli effett fuq l-awtostima, il-mistħija tal-ġisem, il-pressjoni biex jitwettqu ċerti atti sesswali u żieda fl-awto-oġġettifikazzjoni.

Xi filmati pornografiċi ma jurux sess sikur u ħafna atturi mhumiex murija li jilbsu kondoms. Min-naħa l-oħra, xi drabi dawn l-atturi jiġu mġiegħla jkollhom kontrolli regolari għall-STI. Il-kondoms huma l-unika protezzjoni għat-trażmissjoni tal-STIs matul is-sess.