Iġjene Personali

Is-Saħħa Sesswali u Riproduttiva

Pariri għall-iġjene personali:

  • Dejjem naddaf iż-żoni ġenitali ta' barra u l-anus jekk tipprattika sess anali. Jeħtieġ li jsir tindif tal-ġenitali sabiex jiġu evitati infezzjonijiet kif ukoll irwejjaħ spjaċevoli.

  • Tesaġerax b'ħasil vigoruż tal-vaġina speċjalment b'likwidi mfewħa peress li jaffettwaw il-bilanċ tal-pH tal-vaġina u jista' jagħmlek suxxettibbli għal infezzjonijiet bħal Vaġinożi Batterika.

  • Douche (jiġifieri apparat li jitfa' l-ilma jew il-betadine fil-vaġina) biex tneħħi t-tnixxijat vaġinali. Id-douching ineħħi l-batterji b'saħħithom li huma meħtieġa biex jinżamm il-pH ibbilanċjat fil-vaġina. Id-douching jippredisponi wkoll lin-nisa għal aktar infezzjonijiet bħall-Vaġinożi Batterika.

  • Meta jkunu fiċ-ċiklu mestruwali tagħhom, it-tampuni u l-pads sanitarji għandhom jinbidlu wara kull tliet sa sitt sigħat skont il-fluss mestruwali. Jekk dawn idumu ma jinbidlu, il-batterja tista' tikber u din tikkawża rwejjaħ jintnu u infezzjonijiet. Is-sindromu ta' mard tossiku fil-partijiet ġenitali li huwa kkawżat minn ħjut tal-batterja Staphylococcus. Dan jiġi kkawżat minn tampuni li jintużae għal aktar minn sitt sigħat kull darba, il-mestruwazzjoni, operazzjoni kirurġika jew it-twelid reċenti ta' tarbija.

  • Ħwejjeġ u ħwejjeġ ta' taħt imxarrbin bl-għaraq wara l-eżerċizzju għandhom jinbidlu malajr. Infezzjonijiet batteriċi u fungali jikbru fil-kundizzjonijiet tal-għaraq. L-għaraq, it-trab u t-tqaxxir tax-xagħar ġenitali jistgħu jikkawżaw l-follikulite, fejn il-follikoli tax-xagħar isiru infjammati u infettati.

  • Qatt m'għandek tissaporti l-bżonn li tagħmel l-awrina, speċjalment qabel ma tipprattika s-sess. L-awrina tneħħi l-batterji u t-tossini mill-bużżieqa tal-awrina tiegħek li jgħixu fil-kanal tal-awrina. Jekk toqgħod iżżomm l-awrina tkun qed tħaffef ir-riproduzzjoni tal-batterji u dan iwassal għall-infezzjonijiet. Bużżieqa tal-awrina mimlija tagħmel l-uretra suxxettibbli għal infezzjoni mill-vaġina tiegħek jew mill-pene tas-sieħeb tiegħek.

  • Tilbisx ħwejjeġ ta' taħt issikkati jew ġinsijiet issikkati għal żmien twil. Agħżel fibri naturali bħall-qoton minflok fibri sintetiċi għall-ħwejjeġ li jmissu mal-ġilda.

  • Il-pene għandu jitnaddaf billi tibda mir-ras tal-pene. Jekk wieħed ma jkunx ċirkonċiż, xorta jkun hemm bżonn li l-prepuzju jinġibed lura kemm jista' jkun mingħajr ma jikkawża skumdità. Il-prepuzju miġbud jesponi l-glans li għandha titnaddaf ġentilment bl-ilma fietel. Żgura li l-glans u l-parti ta' ġewwa tal-prepuzju jkunu nodfa peress li hawnhekk tifforma sustanza bajda msejħa smegma. L-ismegma tikkonsisti f'ċelloli tal-ġilda mejta, żjut, fluwidi tal-ġisem u batterji. Il-preżenza ta' din is-sustanza tista' tikkawża infezzjonijiet u riħa spjaċevoli.

  • Il-peni ċirkonċiżi wkoll jeħtieġ li jżommu l-iġjene peress li fin-nuqqas tal-prepuzju (foreskin), ir-ras tal-pene tista' tiġi f'kuntatt dirett mal-għaraq u l-batterji.

  • Importanti li l-ġenitali jitnaddfu qabel u wara l-attivitajiet sesswali biex jiġu evitati l-infezzjonijiet.