PrEP

Sess Aktar Sikur
X’inhi l-PrEP?

   ·  PrEP tirreferi għall-profilassi (prevenzjoni) ta’ qabel l-esponiment.

   ·  Il-PrEP orali hija pillola meħuda qabel is-sess biex tipproteġi mill-HIV. Għalhekk hija mediċina ta’ qabel l-esponiment. Profilassi tfisser mediċina li tipprevjeni l-infezzjonijiet.

   ·  Hija estremament effettiva meta meħuda kif suppost.

   ·  Il-profilassi orali ta’ qabel l-esponiment (PrEP) hija ġeneralment reġim ta’ pillola waħda b’taħlita ta’ 2 mediċini kontra l-HIV (Emtricitabine u Tenofovir).

   ·  Il-PrEP għandha tingħata b’riċetta medika biss lil individwi negattivi għall-HIV.

 
 
Idealment meta għandha tittieħed il-PrEP?

   ·Il-PrEP hija ideali għalik jekk int negattiv/a għall-HIV u għandek riskju akbar li tieħu l-HIV, inkluż f’sitwazzjonijiet meta l-kondoms ma jkunux aċċessibbli faċilment jew ma jintużawx. Il-PrEP hija mod kif tibqa’ negattiv/a għall-HIV u kif tipproteġi lilek innifsek.

 
Min għandu jieħu l-PrEP?

   ·Il-PrEP hija rrakkomandata lil individwi li:

   o Rċevew dijanjożi ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STIs) fl-aħħar 6 xhur

   o M’humiex f’relazzjoni reċiprokament monogama ma’ sieħba waħda jew sieħeb wieħed biss

   o Dan l-aħħar kellhom bżonn jieħdu l-PEPse (profilassi ta’ wara l-esponiment għal rapport sesswali) PEP

   o Huma rġiel li jkollhom rapporti sesswali ma’ rġiel eterosesswali jew bisesswali li għamlu sess anali mingħajr kondom

   o Huma rġiel jew nisa eterosesswali li ma jużawx kondoms b’mod regolari waqt is-sess ma’ persuni bi status ta’ HIV mhux magħruf

   o Jittaqqbu bi drogi b’użu rikreattiv

   o Jużaw drogi rikreattivi għal sess taħt l-influwenza kimika (pereżempju, il-metamfetamina, il-mefradon u l-gamma-idrossibutirat (GBT))

   o Kellhom sieħeb jew sieħba pożittivi għall-HIV illi qegħdin isibuha diffiċli jieħu l-mediċini għall-HIV b’mod regolari

   o Jaħdmu fl-industrija tas-sess

   Fil-mument għandhom sieħeb jew sieħba sesswali li jgħixu bl-HIV u għandhom livell għoli tal-virus tal-HIV f’ġisimhom (ġieli msejjaħ kontenut virali identifikabbli)

 
Kif għandi nibda nieħu l-PrEP?
Eżatt qabel tibda tiegħu l-PrEP ikollok bżonn tagħmel test tal-HIV.
Idealment għandek tagħmel ukoll:

   ·Skrinjar komplut għall-infezzjonijiet trażmessi sesswalment. Nirrakkomandaw skrinjar sħiħ għall-STIs kull 3 xhur, anke jekk ma jkollok ebda sintomu.

   ·Test tad-demm li jiddeskrivi l-funzjoni tal-kliewi tiegħek. F’għadd żgħir ħafna ta’ persuni l-PrEP tista’ tagħmel ħsara fil-funzjoni renali (kliewi). Dawn huma każi rari u ġeneralment jiżvolġu biss f’persuni li diġà jkollhom problemi fil-kliewi jew li jieħdu mediċini oħra li jistgħu jaffettwaw il-kliewi.

 
Il-PrEP tipproteġi kontra l-STIs?

   ·  Le, il-PrEP tipproteġik biss kontra l-HIV. Biex tnaqqas ir-riskju li tieħu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment (STIs) bħall-gonorrea, il-klamidija, is-sifilide u l-epatite Ċ teħtieġ tieħu prekawzjonijiet oħra.

  • Infezzjonijiet oħra bħall-klamidija, il-gonorrea, it-trikomonjażi, is-sifilide, l-epatite A, B u Ċ kif ukoll il-felul ġenitali (HPV) u l-mikoplażma xorta jibqgħu trażmissibbli.

   ·Jekk tkun qed tieħu l-PrEP xorta jista’ jkollok bżonn tuża metodi ta’ protezzjoni adegwati (inklużi l-kondoms) biex tkun protett/a minn infezzjonijiet oħra.

 
Kif tittieħed il-PrEP?
Id-dożaġġ ibbażat fuq l-aġir (fuq talba) jaħdem biss jekk tippjana jew tkun taf meta ser tagħmel is-sess. Id-dożaġġ ibbażat fuq l-aġir isir meta tieħu l-pilloli PrEP qabel u wara kull episodju ta’ attività sesswali.
Id-dożaġġ ibbażat fuq l-aġir għandu jintuża biss jekk ir-riskju tiegħek li tieħu l-HIV jkun ġej biss minn esponiment sesswali u tkun ingħatajt il-ġeneru ta’ raġel mat-twelid.
Doża ta’ kuljum (kontinwa) tfisser it-teħid ta’ pillola waħda (1) kuljum. It-teħid ta’ PrEP kuljum jiżgura livelli protettivi ta’ PrEP fil-ġisem 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Id-dożaġġ ta’ kuljum jipprovdi l-aqwa protezzjoni lil dawk bi probabbiltà ogħla li jkollhom rapporti sesswali mhux ippjanati jew li ma jistgħux ibassru meta aktarx ser jagħmlu s-sess. Jekk m’intix eliġibbli għall-PrEP ibbażata fuq l-aġir tkun protett/a biss ladarba tkun ħadt is-7 ijiem kors ta’ pilloli PrEP qabel l-esponiment potenzjali.
 
Importanti ħafna li titkellem ma’ speċjalisti tal-GU (Servizz tas-Saħħa Sesswali) biex jgħinuk tagħżel l-aħjar mod kif tieħu l-PrEP.
 
Il-PrEP ibbażata fuq l-aġir*ED (Fuq Talba)
Importanti li ma taqbeż ebda doża.

   ·   L-individwi eliġibbli għall-ED-PrEP jistgħu jibdew jieħdu l-PrEP orali billi jieħdu żewġ dożi 2-24 siegħa qabel l-esponiment sesswali potenzjali (idealment eqreb lejn 24 siegħa). Irrispettivament minn jekk ikunux biħsiebhom jużaw kors ta’ dożaġġ orali ta’ kuljum (kontinwu) jew l-ED-PrEP (Fuq Talba) u mbagħad ikomplu jieħdu doża waħda kuljum sa jumejn wara l-ġurnata tal-aħħar esponiment sesswali potenzjali, l-individwi eliġibbli għandhom:

    o Jieħdu 2 pilloli: 2-24 siegħa qabel is-sess

    o Fil-jum bla attività sesswali: Jieħdu pillola waħda 24 siegħa wara l-esponiment sesswali

    o Fil-jum bla attività sesswali: Jieħdu pillola oħra 24 siegħa wara

   ·   Jekk ser tagħmel is-sess tul perjodu twil ta’ żmien, forsi tul ftit jiem jew matul il-wikend kollu, kompli ħu l-pillola kull 24 siegħa sakemm tagħmel jumejn mingħajr attività sesswali

   ·   Dawn l-individwi huma eliġibbli biex jibdew il-PrEP ibbażata fuq l-aġir (fuq talba):

   o Persuni mogħtija l-ġeneru ta’ raġel mat-twelid, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew mill-identità/diversità tal-ġeneru li

   ·   Jkollhom esponiment sesswali U
   ·   Ma jkunux qegħdin jieħdu terapija ormonali għat-tibdil tal-ġeneru (ormoni eżoġeni bbażati fuq l-estradjol)
 
 
 
Il-PrEP Meħuda Kuljum (Kontinwa)

   ·   PrEP meħuda kuljum tul 7 ijiem qabel l-ewwel esponiment potenzjali.

   ·   Il-PrEP ta’ kuljum l-aħjar tittieħed fl-istess ħin kuljum ħalli ssir parti mir-rutina tiegħek. Madankollu ftit sigħat tard jew kmieni huwa tajjeb ukoll.

   ·   Biex tibda l-PrEP bl-użu ta’ dan il-metodu għandek tibda reġim ta’ pillola 1 darba kuljum tul mill-inqas 7 ijiem qabel kwalunkwe attività sesswali. Imbagħad trid tkompli tieħu pillola waħda darba kuljum.

   ·   Jekk trid TWAQQAF il-PrEP tista’ tieqaf tieħu l-PrEP kuljum sebat ijiem wara l-aħħar esponiment potenzjali.

   ·   Dawn l-individwi huma eliġibbli biex jibdew il-PrEP orali ta’ kuljum:

   o Persuni mogħtija l-ġeneru ta’ mara mat-twelid, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew mill-identità/diversità tal-ġeneru

   o Persuni mogħtija l-ġeneru ta’ raġel mat-twelid, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew mill-identità/diversità tal-ġeneru li jkunu qegħdin jieħdu terapija ormonali għat-tibdil tal-ġeneru (ormoni eżoġeni bbażati fuq l-estradjol)

   o Persuni li jabbużaw mid-droga

 
 
 
Referenzi:
Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. (‎2022)‎. Il-profilassi ta’ qabel l-esponiment iddifferenzjata u ssimplifikata għall-prevenzjoni tal-HIV: aġġornament tal-gwida għall-implimentazzjoni tal-WHO: sommarju tekniku. Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. https://apps.who.int/iris/handle/10665/360861. Liċenzja: CC BY-NC-SA 3.0 IGO