Tqala fiż-Żgħażagħ

Li ssir ġenitur għandha jkun deċiżjoni li tittieħed meta tkun lesta terfa' responsabbiltà bħal din, kemm jekk waħdek jew ma' oħrajn. Dan jiżgura li int tkun tista' tagħti lit-tfal l-imħabba u l-kura li jeħtieġu. L-użu tal-protezzjoni u l-prattika ta' sess aktar sikur jiżguraw li inti tikkontrolla l-għażliet tiegħek u l-konsegwenzi li jista' jkollu fuq il-futur tiegħek li ssir ġenitur.

Jekk tispiċċa tqila hemm għadd ta' servizzi li jistgħu jappoġġjawk, kemm jekk għażilt li żżomm it-tarbija, kemm jekk tajtha għall-adozzjoni.

Servizz Għożża huwa servizz għall-ġenituri żgħażagħ u l-familji tagħhom. Dan is-servizz joffri appoġġ lill-ġenituri adolexxenti, b'enfasi fuq l-iżvilupp personali, kwistjonijiet ta' saħħa, edukazzjoni dwar it-tqala, kwistjonijiet ta' relazzjonijiet, kwistjonijiet soċjali kif ukoll informazzjoni dwar id-diversi professjonisti li jistgħu jgħinu matul it-tqala. Jiġu offruti terapija u konsulenza tal-familja, kif ukoll appoġġ edukattiv kontinwu sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom. Il-ġenituri li jkun se jkollhom tarbija jistgħu jiġu riferuti lil Għożża.

Iktar tagħrif huwa disponibbli fuq: Service Ghozza​ (gov.mt)