PrEP
· PrEP tirreferi għall-profilassi (prevenzjoni) ta’ qabel l-esponiment.
· Il-PrEP orali hija pillola meħuda qabel is-sess biex tipproteġi mill-HIV. Għalhekk hija mediċina ta’ qabel l-esponiment. Profilassi tfisser mediċina li tipprevjeni l-infezzjonijiet.
· Hija estremament effettiva meta meħuda kif suppost.
· Il-profilassi orali ta’ qabel l-esponiment (PrEP) hija ġeneralment reġim ta’ pillola waħda b’taħlita ta’ 2 mediċini kontra l-HIV (Emtricitabine u Tenofovir).
· Il-PrEP għandha tingħata b’riċetta medika biss lil individwi negattivi għall-HIV.
·Il-PrEP hija ideali għalik jekk int negattiv/a għall-HIV u għandek riskju akbar li tieħu l-HIV, inkluż f’sitwazzjonijiet meta l-kondoms ma jkunux aċċessibbli faċilment jew ma jintużawx. Il-PrEP hija mod kif tibqa’ negattiv/a għall-HIV u kif tipproteġi lilek innifsek.
·Il-PrEP hija rrakkomandata lil individwi li:
o Rċevew dijanjożi ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment (STIs) fl-aħħar 6 xhur
o M’humiex f’relazzjoni reċiprokament monogama ma’ sieħba waħda jew sieħeb wieħed biss
o Dan l-aħħar kellhom bżonn jieħdu l-PEPse (profilassi ta’ wara l-esponiment għal rapport sesswali) PEP
o Huma rġiel li jkollhom rapporti sesswali ma’ rġiel eterosesswali jew bisesswali li għamlu sess anali mingħajr kondom
o Huma rġiel jew nisa eterosesswali li ma jużawx kondoms b’mod regolari waqt is-sess ma’ persuni bi status ta’ HIV mhux magħruf
o Jittaqqbu bi drogi b’użu rikreattiv
o Jużaw drogi rikreattivi għal sess taħt l-influwenza kimika (pereżempju, il-metamfetamina, il-mefradon u l-gamma-idrossibutirat (GBT))
o Kellhom sieħeb jew sieħba pożittivi għall-HIV illi qegħdin isibuha diffiċli jieħu l-mediċini għall-HIV b’mod regolari
o Jaħdmu fl-industrija tas-sess
o Fil-mument għandhom sieħeb jew sieħba sesswali li jgħixu bl-HIV u għandhom livell għoli tal-virus tal-HIV f’ġisimhom (ġieli msejjaħ kontenut virali identifikabbli)
·Skrinjar komplut għall-infezzjonijiet trażmessi sesswalment. Nirrakkomandaw skrinjar sħiħ għall-STIs kull 3 xhur, anke jekk ma jkollok ebda sintomu.
·Test tad-demm li jiddeskrivi l-funzjoni tal-kliewi tiegħek. F’għadd żgħir ħafna ta’ persuni l-PrEP tista’ tagħmel ħsara fil-funzjoni renali (kliewi). Dawn huma każi rari u ġeneralment jiżvolġu biss f’persuni li diġà jkollhom problemi fil-kliewi jew li jieħdu mediċini oħra li jistgħu jaffettwaw il-kliewi.
· Le, il-PrEP tipproteġik biss kontra l-HIV. Biex tnaqqas ir-riskju li tieħu infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment (STIs) bħall-gonorrea, il-klamidija, is-sifilide u l-epatite Ċ teħtieġ tieħu prekawzjonijiet oħra.
- Infezzjonijiet oħra bħall-klamidija, il-gonorrea, it-trikomonjażi, is-sifilide, l-epatite A, B u Ċ kif ukoll il-felul ġenitali (HPV) u l-mikoplażma xorta jibqgħu trażmissibbli.
·Jekk tkun qed tieħu l-PrEP xorta jista’ jkollok bżonn tuża metodi ta’ protezzjoni adegwati (inklużi l-kondoms) biex tkun protett/a minn infezzjonijiet oħra.
· L-individwi eliġibbli għall-ED-PrEP jistgħu jibdew jieħdu l-PrEP orali billi jieħdu żewġ dożi 2-24 siegħa qabel l-esponiment sesswali potenzjali (idealment eqreb lejn 24 siegħa). Irrispettivament minn jekk ikunux biħsiebhom jużaw kors ta’ dożaġġ orali ta’ kuljum (kontinwu) jew l-ED-PrEP (Fuq Talba) u mbagħad ikomplu jieħdu doża waħda kuljum sa jumejn wara l-ġurnata tal-aħħar esponiment sesswali potenzjali, l-individwi eliġibbli għandhom:
o Jieħdu 2 pilloli: 2-24 siegħa qabel is-sess
o Fil-jum bla attività sesswali: Jieħdu pillola waħda 24 siegħa wara l-esponiment sesswali
o Fil-jum bla attività sesswali: Jieħdu pillola oħra 24 siegħa wara
· Jekk ser tagħmel is-sess tul perjodu twil ta’ żmien, forsi tul ftit jiem jew matul il-wikend kollu, kompli ħu l-pillola kull 24 siegħa sakemm tagħmel jumejn mingħajr attività sesswali
· Dawn l-individwi huma eliġibbli biex jibdew il-PrEP ibbażata fuq l-aġir (fuq talba):
o Persuni mogħtija l-ġeneru ta’ raġel mat-twelid, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew mill-identità/diversità tal-ġeneru li
· PrEP meħuda kuljum tul 7 ijiem qabel l-ewwel esponiment potenzjali.
· Il-PrEP ta’ kuljum l-aħjar tittieħed fl-istess ħin kuljum ħalli ssir parti mir-rutina tiegħek. Madankollu ftit sigħat tard jew kmieni huwa tajjeb ukoll.
· Biex tibda l-PrEP bl-użu ta’ dan il-metodu għandek tibda reġim ta’ pillola 1 darba kuljum tul mill-inqas 7 ijiem qabel kwalunkwe attività sesswali. Imbagħad trid tkompli tieħu pillola waħda darba kuljum.
· Jekk trid TWAQQAF il-PrEP tista’ tieqaf tieħu l-PrEP kuljum sebat ijiem wara l-aħħar esponiment potenzjali.
· Dawn l-individwi huma eliġibbli biex jibdew il-PrEP orali ta’ kuljum:
o Persuni mogħtija l-ġeneru ta’ mara mat-twelid, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew mill-identità/diversità tal-ġeneru
o Persuni mogħtija l-ġeneru ta’ raġel mat-twelid, irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew mill-identità/diversità tal-ġeneru li jkunu qegħdin jieħdu terapija ormonali għat-tibdil tal-ġeneru (ormoni eżoġeni bbażati fuq l-estradjol)
o Persuni li jabbużaw mid-droga