Astinenza

Dan huwa l-aktar mod effettiv (100%) biex tiġi evitata t-tqala u biex tevita li tlaqqat xi infezzjoni ġenitali. L-astinenza hija meta ma jkun hemm l-ebda kuntatt sesswali.

Tista' tagħżel li tastjeni mis-sess għal diversi raġunijiet bħal:

  • Tistenna sakemm tħossok lest/a għal relazzjoni sesswali
  • Tistenna sakemm issib is-sieħeb/sieħba t-tajjeb/tajba
  • Tiffoka fuq l-iskola, ix-xogħol jew attivitajiet oħra
  • Timxi mat-twemmin morali, personali jew reliġjuż tiegħek
  • Jgħaddilek wara tmiem ta' relazzjoni
  • Tfieq mill-mewt ta' sieħeb/sieħba
  • Mard jew issegwi l-parir tat-tabib