Sess Orali

Is-sess orali

  • Is-sess orali huwa l-istimolu tal-vaġina jew tal-pene bl-użu tal-ħalq, ix-xufftejn jew l-ilsien.
  • Hemm ftit riskju ta' infezzjoni tal-HIV mis-sess orali iżda infezzjonijiet oħra trażmessi sesswalment (STIs) bħall-herpes, il-gonorrea u s-sfilide jiġu mgħoddija faċilment.
  • Dan ir-riskju jista' jitnaqqas billi jintlibsu l-kondoms jew bl-użu ta' dental dam.
  • Ma tistax toħroġ tqila mis-sess orali.
  • Ir-riskju ta' trażmissjoni tal-HIV mis-sess orali huwa baxx ħafna sakemm il-persuna li tirċievi s-sess orali ma jkollhiex STI jew xi ferita fiż-żona ġenitali tagħha, jew sakemm il-persuna li tagħti s-sess orali ma jkollhiex feriti f'ħalqha jew fil-ħanek.
  • Jekk il-persuna li tgħix bl-HIV tkun fuq medikazzjoni u jkollha livelli intraċċabbli ta' HIV, ma jkun hemm l-ebda riskju li tgħaddi l-virus.
  • Għandek tevita li jkollok sess orali jekk għandek feriti, qatgħat jew ulċeri fuq ħalqek jew ġenitali peress li dan iżid ir-riskju tat-trażmissjoni ta' infezzjoni. Kemm jista' jkun, evita li jkollok fluwidu vaġinali u semen f'ħalqek u tibilgħu. Huwa wkoll rakkomandabbli li tevita li taħsel snienek qabel is-sess orali, minħabba li l-ħniek jistgħu jdemmgħu jekk tixkupiljahom bis-saħħa.
  • Is-sess orali għandu jiġi evitat jekk ikollok xi titqib/piercings li jkunu għadhom ma fiqux jew infjammati fil-ħalq jew mal-ġenitali jew jekk ikollok infezzjoni fil-gerżuma.


Għandi jkolli sess orali?
Tħossokx taħt pressjoni biex twettaq is-sess orali jekk din il-prattika ma tapplikax għalik. Iddiskuti apertament mal-partner tiegħek dwar l-għażla tiegħek u jekk intix lest/a tesperimenta bis-sess orali. Tkellem dwar il-protezzjoni u tħossok imbarazzata li qed tipproteġi lilek innifsek u lill-partner. Is-sess orali xorta sess jibqa', u f'idejk jekk tħossx li għandek tagħmlu jew le.