Awtottestjar għall-HIV

X'inhu l-awtottestjar tal-HIV?
L-awtottestjar tal-HIV jippermettu lin-nies jagħmlu test tal-HIV u jsiru jafu r-riżultat f'darhom stess jew f'post privat ieħor. Dan jirreferi għal proċess li fih persuna tiġbor il-kampjun tagħha stess (demm jew fluwidu orali), twettaq test tal-HIV, u tinterpreta r-riżultat f'inqas minn 20 minuta. Tista' tagħżel li tkun waħdek jew li jkollok xi ħadd li tafda miegħek waqt it-test.

Filwaqt li l-awtotestijiet tal-HIV huma disponibbli għax-xiri (minn spiżeriji, NGOs eċċ.) mill-konsumaturi, huwa rrakkomandat ukoll li jsir test tal-HIV u għall-mard ieħor trasmess mis-sess fil-GU Clinic, speċjalment jekk tirreaġixxi b'mod pożittiv għat-test. Il-kits tal-awtottestjar disponibbli f'Malta jistgħu jintużaw preferibbilment 12-il ġimgħa wara l-aktar esponiment reċenti possibbli tiegħek. Jekk qed tagħmel użu minn dawn it-testijiet ta' spiss, huwa rakkomandabbli wkoll li tagħmel appuntament fil-GU Clinic għal testijiet oħra għall-STIs u konsultazzjoni tal-PrEP.

Għal aktar informazzjoni dwar l-awtottestjar tal-HIV:

https://www.who.int/hiv/topics/self-testing/en/

http://hivst.org/tools/package-inserts-and-instructions-for-use