Ittestjar Rapidu għall-HIV

It-test rapidu tal-HIV li huwa disponibbli f'Malta għand il-GU Cllinc huwa test tar-raba' ġenerazzjoni. Jista' jindividwa l-HIV b'mod affidabbli minn 6 sa 8 ġimgħat wara li persuna tkun ħaditu.

Importanti li l-persuni li setgħu ġew esposti għall-HIV jistennew sakemm jintemm il-window period qabel ma jagħmlu test.

  • It-test isirlek minn ners tal-GU.
  • M'għandekx għalfejn tagħmel appuntament biex tagħmel it-test.

It-testijiet rapidi spiss jissejħu testijiet fil-punt tal-kura għaliex minflok jintbagħat kampjun tad-demm lil-laboratorju, ir-riżultat ikun disponibbli fi żmien 20 minuta minn meta jsir it-test. It-testijiet rapidi jeħtieġu kampjun żgħir ta' demm (iniggiżulek il-ponta ta' subgħajk b'lanzetta).