Sess Anali

Sess Anali

  • Is-sess anali jinkludi l-penetrazzjoni tal-anus bil-pene, is-swaba', il-ġugarelli tas-sess u s-sess orali (l-istimolu tal-anus bl-użu tal-ħalq jew l-ilsien, magħruf ukoll bħala rimming).
  • Għalkemm is-sess anali huwa tipikament assoċjat ma' rġiel li jkollhom sess mal-irġiel (MSM), huwa komuni wkoll fost koppji eterosesswali u jista' jiġi pprattikat ukoll mil- lesbjani.
  • Huwa importanti l-użu ta' kondom għal kull att sesswali.
  • Is-sess anali mhux protett huwa mġiba b'riskju għoli biex jittieħdu l-Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment. Dan minħabba li l-kisja tar-rektum hija membrana rqiqa li tista' faċilment titqatta' jew issirilha ħsara matul is-sess, u b'hekk issir aktar vulnerabbli għall-infezzjoni.
  • Madankollu, jekk il-persuna li tgħix bl-HIV tkun fuq medikazzjoni u jkollha livelli ta' HIV li ma jistgħux jiġu osservati, allura ma jkun hemm l-ebda riskju li l-virus jgħaddi.
  • Ix-xquq anali (tiċrit żgħir fil-kisja tar-rektum) jistgħu jseħħu matul l-att sesswali. Dawn ma jikkawżax ħsara fit-tul lir-rektum; madankollu, ifiqu bil-mod u jistgħu jikkawżaw ħafna tbatija. Barra minn hekk, iżidu r-riskju li l-infezzjoni tidħol fid-demm. Evita li ddaħħal oġġetti li jistgħu jtaqqbu l-imsaren.
  • Is-sess anali jista' jkun ta' uġigħ għall-persuna li tirċevih. L-anus ma jillubrikax lilu nnifsu kif tagħmel il-vaġina, għalhekk importanti li jintuża lubrikant ibbażat fuq l-ilma sabiex jiġu evitati x-xquq. L-anus jassorbi l-ilma malajr, għalhekk il-lubrikant għandu jiġi applikat ta' spiss. Il-lubrikanti bbażati fuq is-siliċju jdumu aktar, iżda jagħmlu ħsara lill-kondoms.
  • Wara s-sess anali, għandu jintlibes kondom ġdid qabel ma jkun hemm sess vaġinali/orali. Dan huwa importanti sabiex tiġi evitata t-trażmissjoni tal-batterji mill-anus għall-vaġina, li jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet.