Il-Ġugarelli tas-Sess

Main menu

    Il-ġugarelli tas-sess huma sikuri?
    Iva, il-ġugarelli tas-sess huma sikuri jekk jintużaw b'mod responsabbli u jinżammu nodfa. Il-ġugarelli tas-sess jistgħu jgħaddu fuq Infezzjonijiet Trasmessi Sesswalment (STIs). Dawn l-infezzjonijiet jistgħu jgħaddu permezz ta' kuntatt mad-demm u s-semen.

     


    Kif jiġu evitati l-STIs jew infezzjonijiet oħra:

    • Huwa importanti li taqra l-manwal u ssegwi l-istruzzjonijiet bir-reqqa speċjalment jekk ikunu meħtieġa batteriji fil-ġugarell. Żomm is-sex toys nodfa - aħsilhom bis-sapun u bl-ilma ma' kull użu u għal kull partner sesswali.
    • Għatti l-ġugarelli penetrattivi b'kondom kull darba li jintużaw.
    • Il-ġugarelli tas-sess għandhom ukoll jitnaddfu sew bejn użu u ieħor fuq partijiet differenti tal-ġisem, bħall-ħalq, il-vaġina u l-anus.
    • Tikkondividix ġugarelli tas-sess.
    • Jekk għandek sett differenti ta' sex toys, naddafhom sew kull darba għal kull sieħeb.
    • Iċċekkja l-ġugarelli b'mod regolari għal kwalunkwe grif jew ksur fil-materjal tal-wiċċ fejn jistgħu jkunu preżenti u jinxterdu l-mikrobi, peress li dan jista' jżid ir-riskju ta' infezzjoni.