Ir-Relazzjonijiet u s-Saħħa Sesswali

X'jiddefinixxi relazzjoni?
Ir-relazzjonijiet huma parti integrali minn ħajjitna. Ir-relazzjoni li għandek ma' sħabek, il-familja tiegħek, il-ġenituri jew il-kustodji tiegħek, u persuni importanti oħra f'ħajtek. Xi relazzjonijiet se jibdew, jiżviluppaw, ikomplu, jew jispiċċaw. Dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jiżviluppaw biex isiru intimi jew sesswali. Ir-relazzjonijiet pożittivi jgħinuna emozzjonalment u bihom nħossuna konnessi.

 


X'inhi l-importanza tar-relazzjonijiet b'saħħithom għas-saħħa sesswali?
F'dak li għandu x'jaqsam mas-sess, il-komunikazzjoni hija importanti għal relazzjonijiet b'saħħithom, għaliex dawn mibnija prinċipalment fuq il-fiduċja, ir-rispett u l-komunikazzjoni aprta. Sfortunatament, xi drabi l-komunikazzjoni fqira twassal biex l-affarijiet imorru ħażin jew mhux kif mistenni. Relazzjonijiet b'saħħithom jippermettu lilek u lill-partner tibqgħu fil-kontroll tal-ħajja sesswali tagħkom. F'relazzjoni intima, int u l-partner għandkom mnejn tkunu qed taħsbu biex ikollkom relazzjoni sesswali. Id-diskussjoni dwar is-sess mal-partner tiegħek turi rispett għal xulxin u għas-saħħa ta' xulxin. Huwa essenzjali li l-partijiet kollha jagħtu l-kunsens tagħhom għas-sess u jkunu jistgħu jikkomunikaw dwar sess u kontraċezzjoni aktar sikuri. Is-sess jista' ma jseħħx immedjatament jew mhux għal kollox. Mhux ir-relazzjoni intimi kollha jwasslu għas-sess.

Aspetti oħra ta' relazzjoni tajba jinkludu:

  • Appoġġ
  • Kompromess
  • Kumpanija
  • Tħossok libertà li tesprimi ruħek u tkun dak li int
  • Nisimgħu lil xulxin

Uħud mill-fatturi għal relazzjoni ħażina:

  • Nuqqas ta' komunikazzjoni
  • Ftit li xejn fiduċja fil-partner tiegħek
  • Kwistjonijiet ta' kontroll
  • Kritika mill-partner u tispiċċa tħossok inutli
  • Il-partner li ma t/jħallikx titkellem ma' nies oħra
  • Il-partner iġiegħlek ikollok is-sess
  • Il-partner jheddek fiżikament u jbeżżgħek

N.B. Jekk qed tesperjenza mġiba abbużiva mill-partner, ċempel 179 għall-appoġġ (Freephone minn linji fissi u mowbajls) jew ikklikkja fuq: https://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/support-line-179.aspx