Kanċer tal-Ovarji
Il-kanċer tal-ovarji, jew ovarjan, iseħħ fl-ovarji li huma żewġ organi żgħar b'forma ovali fil-pelvis li jaħżnu l-provvista tal-bajd ta' persuna b'organi tipiċi tas-sess femminili.
Is-sintomi komuni tal-kanċer tal-ovarji jinkludu:
- li tħossok minfuħa l-ħin kollu.
- żaqqek minfuħa.
- skumdità fiż-żona ta' żaqqek jew tal-pelvis.
- tħossok mimlija malajr meta tiekol.
- ikollok bżonn tgħaddi l-awrina aktar mis-soltu.
Is-sintomi mhumiex dejjem faċli biex jintgħarfu minħabba li huma simili għal dawk ta' xi kundizzjonijiet aktar komuni.
It-tabib tiegħek jista' jitlob aktar investigazzjonijiet bħal testijiet tad-demm, bijopsija, ultrasounds transvaġinali, CT-scans u MRI.
It-tabib tiegħek jiddiskuti l-kura potenzjali miegħek. It-trattament jista' jinkludi:
- Tneħħija tat-tubi ta' Fallopju u l-ovarji.
- Kimoterapija.