Kanċer tat-Testikoli
L-identifikazzjoni bikrija tal-kanċer testikolari hija fattur importanti fil-kura tiegħu. L-iskoperta tas-sintomi tal-kanċer testikolari fi stadju bikri tista' tkun vitali għal kura effettiva. Jekk m'intix ċert x'inhu tajjeb u x'inhu ħażin jew sempliċiment teħtieġ xi serħan il-moħħ, agħmel appuntament mat-tabib tiegħek.
Passi għal kif teżamina t-testikoli:
- Iċċekkja t-testikoli tiegħek mill-inqas darba fix-xahar.
- Agħmel it-test wara doċċa sħuna.
- Ibda b'testikolu minnhom.
- Irrombla bil-mod wiċċ it-testikoli b'subgħajk.
- Ħoss għall-epididimi u l-kordi spermatiċi fuq in-naħa ta' wara tat-testikoli.
- Ħoss għal boċoċ żgħar mingħajr uġigħ jew skomdi.
- Ara l-bidliet fid-daqs, fil-forma jew fil-konsistenza.
- Ara hemmx xi żoni li jweġġgħuk.
Huwa importanti li tkun taf kif ikun il-ġisem "normali" tiegħek biex tkun tista' tiddistingwi kwalunkwe bidla minnufih. Li tkun taf in-normalità tiegħek taf tieħu xi żmien. Tagħfasx bis-saħħa biex ma tweġġax, u għalhekk l-aħjar ikun li tagħmel dan it-test wara doċċa sħuna, minħabba li l-borża tal-iskrotu tkun illaxkat. Ftakar li hija ħaġa komuni li jkollok testikolu minnhom akbar jew imdendel jew aktar baxxa mill-ieħor, jiġifieri tħallihx jinkwetak dan. Li huwa huwa importanti hu li tkun taf kif ġismek normalment jidher u jħossu.
Is-sinjali ta' twissija jinkludu:
- Nefħa testikolari jew differenza mhux tas-soltu fid-daqs bejn testikolu u ieħor.
- Tħoss toqol fl-iskrotu.
- Boċċa iebsa tad-daqs ta' piżella fuq it-testikolu.
- Uġigħ antpatiku fiż-żaqq jew fil-groin.
- Uġigħ qawwi madwar it-testikolu jew fl-iskrotu.
- Ġbir f'daqqa ta' fluwidu fl-iskrotu.
- Tkabbir tas-sider (ġinekomastija).
Jekk issib boċċa jew nefħa, jew kwalunkwe wieħed mis-sinjali ta' hawn fuq, importanti li tiċċekkja mit-tabib tiegħek malajr kemm jista' jkun. Mhijiex xi ħaġa li wieħed għandu jistħi minnha jew inkella jkun imbarazzat jitkellem dwarha. Dan huwa wieħed mill-ftit kanċers fejn nitkellmu dwar il-kura totali jekk fil-ħin.
Test tal-prostata
Il-prostata tinsab fil-bażi tal-bużżieqa tal-awrina. Il-funzjoni ewlenija tagħha hija li tipproduċi fluwidu li jservi bħala mezz ta' trasport għall-isperma. Għall-kuntrarju tal-kanċer testikolari, wieħed ma jistax jeżamina l-prostata huwa stess. Huwa rrakkomandat li l-ewwel darba li għandek tiċċekkja għall-kanċer tal-prostata hija ta' madwar 50 sena. Jekk hemm storja familjari ta' kanċer tal-prostata, għandek tibda tiċċekkja tal-età ta' madwar 45-il sena.
L-eżami tal-prostata jitwettaq prinċipalment għal żewġ raġunijiet: biex tivverifika l-kanċer tal-prostata u biex tiċċekkja għall-iperplasija prostatika (tkabbir beninju tal-prostata li jista' jwassal għal sintomi urinarji). Mod wieħed kif tiġi eżaminata l-prostata huwa l-Antiġenu Speċifiku għall-Prostata (PSA). Dan it-test ikejjel il-livelli tal-PSA fid-demm. It-tabib jista' jitolbok tagħmel aktar testijiet jekk ikun hemm bżonn.