Rimming

Rimming

  • Rimming huwa sess orali-anali.
  • Jista' tkun parti minn kwalunkwe relazzjoni sesswali.
  • Ir-rimming iseħħ bil-mess u/jew bil-bews taż-żona madwar l-anus, inkluż il-perinew (iż-żona tal-ġilda bejn il-ġenitali u l-anus).
  • Xi nies jużawha bħala opportunità biex jirrilassaw qabel is-sess anali.
  • Huwa rakkomandabbli li tinħasel sew qabel u wara r-rimming.
  • Tmurx mill-anus għall-vaġina peress li dan jista' jittrasferixxi l-batterji u jikkawża l-infezzjoni.
  • Il-kuntatt orali-anali jżid ir-riskju ta' trażmissjoni tal-E.coli li tista' tikkawża l-gastroenterite. Bl-istess mod, razez oħra ta' E.coli li jistgħu jgħaddu mill-anus għall-vaġina li jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet urinarji u STIs inklużi l-Epatite A, B u C, HPV, Gonorrea, Klamidja u LGV.
  • Barra minn hekk, peress li l-intern tal-anus jospita batterji intestinali, il-kuntatt orali-anali jġib miegħu riskju għal Giardia u kundizzjonijiet intestinali oħra bħal Shigellosis. L-użu ta' dental dams, kondoms tal-ilsien, kondoms maqtugħa* u l-lubrifikazzjoni se jnaqqsu ħafna l-probabbiltà ta' trażmissjoni tal-STIs u infezzjonijiet oħra. Anke anus li jkun għadu kemm inħasel jista' jġorr mikroorganiżmi infettivi speċjalment jekk tirrimja lil xi ħadd li ma nħasilx qabel, jew li qed isofri minn dijarea.
  • Oqgħod attent għal ħalqek, tirrimjax jekk għandek mard tal-ħanek, ulċeri jew qatgħat jew jekk għadek kemm ħsilt snienek jew ifflossjajt.

*N.B:

  • Uża mqassijiet li jaqtgħu biex taqta' sew il-ponta minn mal-kondom.
  • Aqta' mal-qiegħ tal-kondom eżatt fuq ix-xifer.
  • Aqta' tul naħa waħda tal-kondom.