Menorraġja
X'inhi l-menorraġija?
Il-menorraġija hija meta mara jkollha perjodi menstruwali atipikament (mhux tas-soltu) tqal għal numru ta' xhur konsekuttivi.
X'jista' jikkawża l-menorragija?
Għalkemm fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma hemm l-ebda kawża sottostanti, il-menorragija tista' tiġi kkawżata minn:
- fibrojdi tal-utru.
- endometrijożi.
- marda infjammatorja pelvika (PID).
- adenomiżi (adenomysis).
- sindromu tal-ovarja poliċistika (PCOS).
- apparat ta' kontraċezzjoni intrauterina (IUDs).
- kanċer tal-ġuf.
- polipi endometrijali.
- dijabete.
- ipotirojdiżmu (hypothyroidism).
- medikazzjoni antikoagulanti.
- kimoterapija.
- ċerti supplimenti erbali.
Trattament
Diversi trattamenti huma disponibbli għal perjodi tqal, inklużi:
- xi tipi ta' kontraċezzjoni bħal IUS (sistema intrauterina) jew pillola kkombinata.
- mediċini.
- kirurġija.