Tnaqqis fix-Xewqa (Libido)
Hija ħaġa tipika li f'xi stadju tal-ħajja, persuna xi drabi tesperjenza inqas xewqa sesswali. Dan huwa kkaratterizzat minn tnaqqis fl-interess fis-sess, inqas involviment f'attività sesswali, u inqas fantażiji sesswali. Tista' tkun ħaġa kronika (fit-tul) jew episodika. Dan jista' jiġi kkawżat minn bidla fil-livelli tal-ormoni, iżda jista' jkun parti minn kundizzjoni sottostanti, bħad-dipressjoni, jew jinħoloq minħabba problema sesswali oħra, bħad-disfunzjoni erettili u d-disparewnja (dyspareunia) . Oħrajn jistgħu jitilfu l-interess fis-sess minħabba l-uġigħ li jħossu matul l-att sesswali.
Għalkemm pjuttost komuni, it-tnaqqis fix-xewqa jista' jkun indikattiv ta' problemi ta' relazzjoni f'xi każijiet, diffikultajiet bid-dehra tal-ġisem, stima personali baxxa, konsum eċċessiv ta' alkoħol u ansjetà. F'każijiet bħal dawn għandhom jiġu kkunsidrati t-terapija jew il-medikazzjoni psikoloġika.
L-ewwelnett, huwa importanti li tkunu onesti u miftuħin mal-partner tagħkom dwar is-sitwazzjoni, u jista' jkun li tkun tixtieq tfittex appoġġ mediku u psikoloġiku. It-trattament jiddependi mill-kawża; għalhekk, importanti li jiġi stabbilit għaliex seħħet il-problema, u x'qed iżommha għaddejja. Ix-xewqa baxxa tista' tkun dovuta għal diversi fatturi, u għal aktar milli raġuni waħda biss. Il-kwistjonijiet mediċi jista' jkollhom jiġu esklużi, u l-koppji għandhom ikunu lesti jħarsu lejn ir-relazzjoni tagħhom u jaħsbu biex jikkunsidraw it-terapija tal-koppji. It-terapija tal-koppji tinvolvi li tħares lejn l-istorja tar-relazzjoni u d-dinamika attwali, bil-għan li nifhmu aħjar lilna nfusna u l-partners tagħna u naraw fejn tista' tiġi implimentata l-bidla.
Fejn għandek tikseb l-għajnuna u l-pariri
- It-tabib tal-familja tiegħek — li jista' joffri xi pariri jew jirreferik lil speċjalista għal rieżami u trattament.
- Psikologu.
- Terapija / counseling tal-koppja / tar-relazzjoni.
Kawżi komuni ta' libido baxx
- Problemi tar-relazzjonijiet.
- Telf ta' attrazzjoni sesswali.
- Komunikazzjoni fqira.
- Kwistjonijiet ta' fiduċja.
- Kunflitt.
- Problemi fiżiċi sesswali.
- Disfunzjoni erettili.
- Problemi ta' eġakulazzjoni.
- Nixfa vaġinali.
- Sess li jikkawża uġigħ.
- Inabilità li tilħaq orgażmu.
- Vaginismus.
- L-istress, l-ansjetà u l-eżawriment.
- Depressjoni.
- It-tixjiħ u l-menopawża.
- It-tqala u t-twelid.
- Problemi ta' saħħa sottostanti.
- Dijabete.
- Mard tal-qalb.
- It-tirojde li taħdem bil-mod.
- Kanċer.
- Operazjoni kbira / kirurġija maġġuri.
It-tixjiħ u l-menopawża
- Livelli aktar baxxi ta' ormoni sesswali (estroġenu u testosteron).
- Problemi tas-saħħa relatati mal-età.
- Problemi ta' mobilità.