Endometrijożi

X’inhi l-endometrijożi?
L-endometrijożi hija definita bħala tessut endometrijali (endometrial tissue) f'postijiet mhux tas-soltu. Hija kundizzjoni ġinekoloġika komuni li teffettwa l-aktar lil nies b'karatteristiċi anatomiċi femminili tipiċi ta' età li jista' jkollhom it-tfal, u tista' tikkawża uġigħ kbir u li jdgħajfek u problemi ta' fertilità. Iseħħu l-bidliet ċikliċi bħal tal-endometriju normali (l-inforra tal-ġuf) iżda t-tessut li jinħoloq ma jitneħħiex mill-ġisem, u għalhekk jinqalgħu l-problemi f'dik il-parti. Jista' jkun hemm qxur li jimblokkaw it-tubi u b'hekk iwassal għall-infertilità.

Sintomi

  • Is-sintomi jistgħu jvarjaw minn persuna għal oħra. Dawn li ġejjin huma xi wħud mis-sintomi ewlenin tal-endometrijożi.
  • Uġigħ in-naħa t'isfel tal-istonku jew tad-dahar (uġigħ pelviku) li s-soltu jista' jkun agħar waqt il-period
  • Uġigħ tal-period li jżommok milli tagħmel l-affarijiet ta' kuljum
  • Uġigħ waqt jew wara s-sess.
  • Uġigħ meta tpixxi jew tipporga waqt il-period
  • Tkun imdardra, stitika, jew ikollok id-demm fl-awrina waqt il-period
  • Diffikultà biex tinqabad tqila
  • Periods tqal


Trattament
Għalissa għad m'hemmx kura għall-endometrijożi. Madankollu, jekk qed teffettwalek ħajtek, importanti li tiddiskutiha mat-tabib tiegħek biex ikun jista' jmexxik. Il-pilloli kontra l-uġigħ, trattament ieħor, u operazzjoni jistgħu jgħinuk biex itaffu din il-kundizzjoni.