Il-Marda ta' Peyronie

Il-marda ta' Peyronie hija disturb tas-saffi interni tal-pene (it-tunica albuginea u t-tessut tal-madwar). Dan jirriżulta f'erezzjoni li tweġġa', kurvatura tal-pene, u disfunzjoni erettili, u jista' jagħmel is-sess ta' tbatija jew saħansitra impossibbli. Il-kawża eżatta mhijiex magħrufa iżda r-riċerka turi li dan jista' jkun dovut għal infezzjonijiet ripetuti tal-uretra. Il-marda ta' Peyronie tista' tiġi ttrattata b'ammont żgħir ta' irradjazzjoni, sterojdi, jew qtugħ kirurġiku.

Fl-aktar każijiet severi tiġi kkunsidrata l-kirurġija. Hemm interventi oħra li jintużaw, għalkemm l-effikaċja tagħhom għad trid tiġi ddeterminata. Tista' tiġi preskritta wkoll xi mediċina. Urologu jista' jgħinek tiddeċiedi dwar x'tista' tagħmel.

L-appoġġ u l-informazzjoni lill-pazjent u lill-partner huma kruċjali għat-trattament u l-ġestjoni ta' din il-kundizzjoni. Il-koppji jistgħu jkunu jixtiequ jikkunsidraw pożizzjonijiet sesswali alternattivi, jew l-użu ta' ġugarelli tas-sess.