Dermatoloġija

Sintomi dermatoloġiċi jistgħu jkunu manifestazzjoni ta' infezzjoni trażmessa sesswalment. Dawn jistgħu jinkludu ulċeri, feriti, u raxx tal-ġilda.

Il-kundizzjonijiet tal-ġilda jistgħu jaffettwaw is-saħħa sesswali. Dawn jistgħu jippreżentaw klinikament bħala ulċeri (eż. sifilidi tal-istadju primarju), raxx (eż. sifilide tal-istadju sekondarju, infezzjoni tal-HIV, skabbja), noduli (eż. felul anoġenitali, molluscum contagiosum), ħakk (eż. skabbja, furrax pubiku, infezzjoni bl-HIV), tisfija (eż. gonorrea u klamidja), u linfadenopatija, jiġfieri nodi limfatiċi palpabbli mkabbra (eż. herpes genitalis, sifilide).