Disturbi Psikjatriċi

Dipressjoni
Id-dipressjoni jista' jkollha impatt sinifikanti fuq l-espressjoni sesswali ta' persuna, l-ewwel nett minħabba li d-diżinteress sesswali huwa sintomu komuni ta' dipressjoni. Barra minn hekk, persuna tista' tħossha iżolata mis-soċjetà u jekk tkun f'relazzjoni, mis-sieħeb tagħha, u dan jibqa' jkollu impatt negattiv fuq ir-relazzjoni. Is-sodisfazzjon sesswali jonqos ukoll. Fil-bidu, xi nies isibuha diffiċli biex jittrattaw id-dipressjoni. Xi mediċini kontra d-depressjoni jistgħu jnaqqsu l-libido u jdewmu l-orgażmu. Madankollu, mhux l-antidipressivi kollha jaffettwaw bl-istess mod ix-xewqa sesswali. Għalhekk huwa importanti li jiġu diskussi għażliet differenti ma' tabib. Alternattivament, il-psikoterapija tista' tkun effettiva wkoll fit-trattament tad-dipressjoni u l-impatt tagħha.

Ansjetà
L-ansjetà hija relatata ma' għadd ta' disturbi sesswali, inkluż l-eġakulazzjoni prematura, l-eġakulazzjoni mdewma, l-anorgażmija (l-inabbiltà li jintlaħaq l-orgażmu f'dawk b'anatomija u fiżjoloġija tipika tan-nisa), tnaqqis fil-libido, disfunzjoni erettili, tnaqqis fit-tqanqil sesswali u iperesswalità (dipendenza sesswali).

Tista' tintalab għajnuna minn tabib li jista' jippreskrivi għadd ta' medikazzjonijiet kontra l-ansjetà, jew inkella terapista jew counsellor. Dawn tal-aħħar jistgħu jgħinu lill-persuna tifhem il-kawża tal-ansjetà tagħha, kif din qed iħalli impatt fuq ħajjithom, u kif timmaniġġjaha.