Dipendenza / Abbuż tal-Alkoħol u tas-Sustanzi

Alkoħol
Meta jiġi kkunsmat ammont żgħir ta' alkoħol, l-inibizzjonijiet sesswali tal-persuna jistgħu jonqsu, filwaqt li tissaħħaħ ix-xewqa sesswali. Meta jiżdied il-konsum tal-alkoħol, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-persuna jista' jiddgħajjef, u b'hekk il-persuna tiġi predisposta għal imġiba sesswali riskjuża.

L-alkoħol jaffettwa wkoll il-kapaċità tal-ġisem li jirreaġixxi għall-istimoli sesswali (jiġifieri t-tqanqil). Il-konsum għoli tal-alkoħol huwa marbut ma' diffikultajiet erettili u diffikultajiet ta' tqanqil vaġinali, fost problemi oħra tas-saħħa.

Caritas Malta toffri grupp ta' appoġġ għal dawk li jixtiequ jieqfu.
Sedqa toffri appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jieqfu.

Użu ta' sustanzi
L-użu tad-droga jista' jfixkel il-ġudizzju konjittiv u jnaqqas l-inibizzjonijiet, u b'hekk jagħmel persuna aktar suxxettibbli li tinvolvi ruħha f'imġiba sesswali riskjuża. L-effetti ta' drogi differenti fuq l-imġiba sesswali u s-saħħa varjaw, madankollu, f'dożi għoljin, il-biċċa l-kbira tad-drogi huma marbuta mat-telf tax-xewqa sesswali. L-użu tad-drogi jista' jwassal ukoll għal disturbi orgażmiċi u tat-tqanqil.

Caritas Malta toffri programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga, u appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jieqfu jużaw id-drogi.
Sedqa toffri appoġġ u trattament għal dawk li jixtiequ jieqfu.

Tipjip
In-nikotina tirrestrinġi l-vini u l-arterji, u b'hekk tillimita l-fluss tad-demm fil-ġisem kollu, inkluż għall-organi sesswali. Dawk li jpejpu jista' jkollhom diffikultajiet bħal:

  • Li ikollhom erezzjoni.
  • Jonqos għadd tal-isperma.
  • Jonqos il-volum ta' l-eġakulazzjoni.
  • Bidla fil-forma tal-isperma.
  • Periods irregolari, problemi bil-lubrikazzjoni.
  • Jilħqu l-menopawża aktar kmieni.
  • Żvilupp tal-kanċer ċervikali.
  • Problemi ta' fertilità.

Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard joffri appoġġ lil dawk li jixtiequ jieqfu mit-tipjip, permezz tat-telefown u l-lezzjonijiet.