Amenorrea
X'inhi l-amenorrea?
L-amenorrea hija meta taqbeż il-period, jew inkella l-period jieqaf għal kollox.
X'jikkaża l-amenorrea?
Hemm bosta raġunijiet għala tista' taqbeż period, jew inkella l-period jieqaf għal kollox. Dawn jinkludu:
- It-tqala.
- Malnutrizzjoni.
- Żbilanċ ormonali.
- Il-menopawża.
- Ċerti mediċini.
- Sindromi tal-ovarji poliċistiċi (Polycystic ovary syndrome).
- Il-pillola kontraċettiva (il-pill) jew IUS (intra-uterine system- il-kojl/coil).
- Eżerċizzju qawwi u intensiv.
- Stress.
- Tnaqqis tal-piż f'daqqa.
- Piż żejjed.
L-istampi taħt juri kawżi possibbli ta' ammenorea primarja u sekondarja.
Amenorrea Primarja:
Amenorrea Sekondarja:
Importanti li tiddiskuti kwalunkwe wieħed minn dawn is-sintomi mat-tabib tiegħek.
It-tabib jista' wkoll jistaqsik dwar:
- L-istorja medika tiegħek.
- L-istorja medika tal-familja tiegħek.
- L-istorja sesswali tiegħek.
- Xi kwistjonijiet emozzjonali li tkun għaddejja minnhom.
- Bidliet reċenti fil-piż.
- Kemm tagħmel eżerċizzju.
Trattament
It-trattament jiddependi mill-kawża. It-tabib jista' jirreferik lil speċjalista bħal ġinekologu jew endokrinologu. Ġinekologu jispeċjalizza fit-trattament ta' kundizzjonijiet tas-sistema riproduttiva tal-mara, filwaqt li endokrinologu jispeċjalizza fil-kundizzjonijiet ormonali. Jaf ikun hemm bżonn ta' investigazzjonijiet bħal testijiet tad-demm, ultrasound, CT-scan, jew MRI.