Endometrijożi

X’inhi l-endometrijożi?
L-endometrijożi hija definita bħala tessut endometrijali (endometrial tissue) f’postijiet mhux tas-soltu. Hija kundizzjoni ġinekoloġika komuni li teffettwa l-aktar lil nies b’karatteristiċi anatomiċi femminili tipiċi ta’ età li jista’ jkollhom it-tfal, u tista’ tikkawża uġigħ kbir u li jdgħajfek u problemi ta’ fertilità. Iseħħu l-bidliet ċikliċi bħal tal-endometriju normali (l-inforra tal-ġuf) iżda t-tessut li jinħoloq ma jitneħħiex mill-ġisem, u għalhekk jinqalgħu l-problemi f’dik il-parti. Jista’ jkun hemm qxur li jimblokkaw it-tubi u b’hekk iwassal għall-infertilità.

Sintomi
Symptoms may vary from one person to another. The following are some of the main symptoms of endometriosis.

  • Is-sintomi jistgħu jvarjaw minn persuna għal oħra. Dawn li ġejjin huma xi wħud mis-sintomi ewlenin tal-endometrijożi
  • Uġigħ in-naħa t’isfel tal-istonku jew tad-dahar (uġigħ pelviku) li s-soltu jista’ jkun agħar waqt il-period
  • Uġigħ waqt jew wara s-sess.
  • Uġigħ tal-period li jżommok milli tagħmel l-affarijiet ta’ kuljum
  • Tkun imdardra, stitika, jew ikollok id-demm fl-awrina waqt il-period
  • Diffikultà biex tinqabad tqila
  • Periods tqal

Trattament
Għalissa għad m’hemmx kura għall-endometrijożi. Madankollu, jekk qed teffettwalek ħajtek, importanti li tiddiskutiha mat-tabib tiegħek biex ikun jista’ jmexxik. Il-pilloli kontra l-uġigħ, trattament ieħor, u operazzjoni jistgħu jgħinuk biex itaffu din il-kundizzjoni.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.