Masturbazzjoni

X’inhi l-masturbazzjoni?
Il-masturbazzjoni hija l-esplorazzjoni u l-istimulazzjoni li wieħed jagħmel waħdu. Tista’ tinkludi li wieħed imiss il-partijiet ġenitali u tista’ jew ma tistax tirriżulta f’orgażmu. Il-masturbazzjoni hija parti integrali minn ħajja sesswali b’saħħitha. Hija wkoll komuni bejn il-koppja kif ukoll individwalment. Il-masturbazzjoni tgħin biex tħossok aktar komdu ma’ ġismek għax hija opportunità biex tesplora l-ġisem u tiskopri żoni pjaċevoli fil-ġisem. Nies ta’ kull età jimmasturbaw u ħafna drabi din hija l-ewwel esperjenza sesswali li jkollhom. Mhux kulħadd jieħu pjaċir bil-masturbazzjoni u m’hemm l-ebda raġuni għalfejn għandek tagħmilha jekk ma tridx.

X’inhuma l-benefiċċji tal-masturbazzjoni?
Il-masturbazzjoni hija mod kif tiskopri ġismek u dak li jagħtik pjaċir. Din tista’ ttejjeb il-kunfidenza fik innifsek. Tipprovdi wkoll sens ta’ benesseri u fl-istess ħin ma tagħmel ħsara lil ħadd. Il-pjaċir sesswali jista’ jtaffi burdata ħażina. Għalhekk il-masturbazzjoni tista’ tkun forma ta’ serħan mill-istress u tista’ tgħin lill-persuni li jkollhom problemi bl-irqad. Il-masturbazzjoni hija pjaċevoli għal nies ta’ kull età. Importanti li l-masturbazzjoni sseħħ f’post fejn ma tiġix disturbat għaliex dan jista’ jikkawża wkoll sitwazzjoni skomda għal nies oħra. Hemm ukoll studji ta’ riċerka li jgħidu li l-masturbazzjoni tnaqqas ir-riskju ta’ kanċer fil-prostata (Giles et al 2003 & Leitzmann et al 2004). Lokalment, huwa illegali li wieħed jimmasturba fil-pubbliku.

Jekk hemm persuni oħra involuti, importanti li l-ġugarelli sesswali jiġu koperti bil-kondoms biex jitnaqqas ir-riskju ta’ Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment. Xi nies jużaw ukoll ġugarelli sesswali biex iżidu l-pjaċir tagħhom jew biex jissodisfaw il-fantasiji sesswali tagħhom. Tużax ġugarelli li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-ġisem u qatt m’għandek iddaħħalhom fil-ġisem tiegħek għax jistgħu jibqgħu mwaħħlin.

Hemm xi riskji waqt il-masturbazzjoni?
Il-masturbazzjoni hija sigura u tajba għas-saħħa. L-unika ħaġa li jista’ jiġri permezz tal-masturbazzjoni hija l-ħruq ta’ frizzjoni speċjalment meta din issir ta’ spiss. Ma jista’ jirriżulta EBDA effett ieħor ta’ ħsara għas-saħħa.

Madankollu, l-STIs jistgħu jiġu trażmessi lill-oħrajn minn kwalunkwe fluwidu mill-partijiet ġenitali tiegħek, bħal semen, minn subgħajk jew b’xi mod ieħor.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.