Apparat ta’ Ġol-Utru (ram)

X’inhu IUD?
L-apparat ta’ ġol-utru huwa oġġett imdaħħal mill-kanal tal-għonq tal-utru minn tabib u jitqiegħed fl-utru biex jevita t-tqala. Għandu l-ħjut li jiddendlu ‘l isfel mill-vaġina, u l-mara tista’ tħosshom b’subgħajha biex tiżgura li l-apparat ikun imqiegħed sewwa.

Kif jaħdem l-IUD?
L-IUDs differenti huma liċenzjati biex jitħallew ġewwa l-utru għal perjodi li jvarjaw minn 5 snin sa 10 snin (skont it-tip ta’ IUD). L-IUD hu bħas-sistema ta’ ġol-utru (IUS) iżda minflok ma jirrilaxxa l-ormon proġestoġen bħall-IUS, l-IUD jirrilaxxa r-ram fil-ġuf. L-IUD jipprevjeni t-tqala billi:

  • Jdgħajjef il-vijabilita tal-isperma u l-bajda għax ibiddel il-fluwidi tat-tubu Fallopjan u tal-utru. Dan inaqqas il-possibbiltà li l-bajda u l-isperma jiltaqgħu, u b’hekk jimpedixxi l-fertilizzazzjoni.
  • Id-deċiżjoni liema IUD jiddaħħal tiddependi fuq il-mara u d-daqs tal-utru tagħha.

Kemm hawn IUDs disponibbli?
Hemm aktar minn 10 tipi differenti ta’ IUDs tar-ram disponibbli. Hemm ukoll is-sistema ta’ ġol-utru (IUS) li taħdem bl-ormon (proġestoġen), għandha inqas effetti sekondarji, iżjed effikaċja u sservi sa 10 snin.

Id-deċiżjoni liema IUD jiddaħħal tiddependi fuq il-mara u d-daqs tal-utru tagħha.

Kemm hu effettiv l-IUD?
L-IUD huwa bejn 98% sa kważi 100% effettiv fil-prevenzjoni tat-tqala, skont it-tip tal-apparat. L-IUDs l-aktar riċenti għandhom rati ta’ falliment ta’ inqas minn 1 għal kull 100 wara sena ta’ użu.

Meta jista’ jkolli IUD imdaħħal?
Tista’ tibda kwalunkwe ġurnata taċ-ċiklu mestruwali jekk il-fornitur tal-kura tas-saħħa jkun ċert li m’intix tqila.

Kif jitwaħħal?

  • Il-tabib tiegħek se jiċċekkjalek il-vaġina biex jiċċekkja l-utru u d-daqs tal-ġuf tiegħek.
  • Jista’ jkollok bżonn ta’ test ta’ smear, jiċċekkjak għal infezzjonijiet eżistenti (STIs) u jikkurak kif xieraq.
  • L-inserzjoni tal-IUD m’għandhiex tieħu aktar minn 5 minuti.
  • L-IUD jiddaħħal permezz tal-għonq tal-utru għal ġol-utru (il-vaġina tinżamm miftuħa biex jiddaħħal).
  • Jista’ jkun li tħoss uġigħ bħal matul il-mestruwazzjoni u bugħawwieġ wara l-inserzjoni għal ftit jiem. Tista’ tieħu wkoll mediċini li jtaffu l-uġigħ jekk ikollok bżonn.

Kif inkun naf li għadu f’postu?

  • L-IUD għandu żewġ ħjut irqaq li jiddendlu ‘l isfel mill-utru tiegħek, fuq il-vaġina tiegħek.
  • Tista’ titgħallem tħoss dawk il-ħjut u tiċċekkja li jkunu f’posthom.
  • Jekk taħseb li l-IUD inqala’ jew mhux qiegħed f’postu l-aħjar tuża aktar protezzjoni (bħal kondoms) kontra t-tqala matul is-sess.

Nista’ ninqabad tqila meta nneħħi l-IUD?
L-IUD jista’ jitneħħa fi kwalunkwe ħin jekk mara tkun trid toħroġ tqila. L-IUD jitneħħa minn tabib li jara l-ħjut tal-IUD fil-vaġina u jiġbed l-IUD bil-mod ‘il barra. Normalment huwa rrakkomandat li l-IUDs jitneħħew sena wara l-menopawsa.

X’inhuma l-vantaġġi tal-IUD?

  • Effettiv mill-ewwel.
  • Ma jittiħdux mediċini.
  • Jista’ jitneħħa u effettiv ħafna.
  • Ma jfixkilx l-att sesswali.

X’inhuma l-iżvantaġġi tal-IUD?

  • Mestruwazzjoni qawwija u fit-tul.
  • Uġigħ mestruwali eċċessiv.
  • Żieda żgħira fir-riskju ta’ tqala ektopika jekk ikun hemm falliment tal-IUD.
  • Żieda fir-riskju ta’ infezzjoni fil-pelvi.
  • Espulsjoni tal-IUD.
  • Perforazzjoni tal-utru, l-imsaren, u l-bużżieqa tal-awrina.
  • Pożizzjoni ħażina tal-IUD.
  • Tqala kkawżata minn espulsjoni, perforazzjoni, jew pożizzjoni ħażina.

X’inhuma r-riskji tal-IUD?

  • Infezzjonijiet fil-pelvi.
  • Hemm riskju żgħir li jkollok infezzjoni fl-ewwel 20 jum wara li jkun imdaħħal.
  • Thrush. Tista’ tesperjenza t-thrush xi kultant. Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek IUD u tibqa’ tesperjenza t-thrush.
  • Espulsjoni.
  • Hemm riskju żgħir li ġismek jista’ jimbotta l-IUD ‘il barra jew jista’ jiċċaqlaq. Dan normalment jiġri hekk kif jitwaħħal.
  • Hemm riskju żgħir ta’ tqala ektopika, f’każ li l-IUD ifalli.
  • Ħsara lill-utru. Huwa estremament rari li IUD jista’ jtaqqab l-utru waqt l-inserzjoni. Jekk int qed tbati mill-uġigħ, mur għand it-tabib tiegħek immedjatament.

Min jista’ juża IUD?
Il-biċċa l-kbira tan-nisa jistgħu jużaw l-IUD, inklużi dawk li huma pożittivi għall-HIV. It-tabib tiegħek jiggwidak skont l-istorja medika tiegħek.

L-IUD jista’ ma jkunx adattat għalik f’każ ta’:

  • It-tqala.
  • Dmija fil-parti ġenitali mhux eżaminata.
  • Każijiet imgħoddija ta’ tqala barra mill-utru.
  • Infezzjoni fil-pelvi jew fil-vaġina; wara li tiġi ttrattata, jista’ jiddaħħal l-IUD.
  • Anormalitajiet tal-utru li kienu jeżistu mit-twelid (eżempju bicornuate uterus).
  • Allerġija għall-komponenti tal-IUD, eż. ir-ram.
  • Wilson’s disease.
  • Tibdil tal-valv tal-qalb jew każijiet imgħoddija ta’ endokardite batterjali minħabba riskju akbar ta’ infezzjoni.
  • HIV u AIDS minħabba tnaqqis fis-sistema immuni u riskju akbar ta’ infezzjoni.

Ir-riskji relattivi jinkludu:

  • Każijiet imgħoddija ta’ infezzjoni fil-pelvi.
  • Uġigħ mestruwali eċċessiv u/jew minn perjodi mestruwali qawwija u fit-tul.
  • Fibrojdi u endometrijożi.

X’għandek tiftakar:

  • It-tip ta’ IUD tiegħek.
  • Meta għandu jitneħħa l-IUD.

Nista’ nara d-demm meta nibda l-IUD?
Bidliet fid-dmija u bugħawwieġ huma komuni. Mur għand it-tabib tiegħek jekk dawn il-bidliet qed idejquk.

Kif inkun naf jekk għandix infezzjoni?

  • Ikollok uġigħ fin-naħa t’isfel taż-żaqq.
  • Ikollok temperatura għolja.
  • Ikollok tisfira tinten.

Nista’ naqleb għal metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni?
Iva, tista’ tibdel għal metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni kull meta tixtieq. Tkellem mat-tabib tiegħek biex tiddiskuti aktar dwar kwalunkwe metodu affidabbli ieħor.

Jista’ jkolli IUD imwaħħal wara korriment?
L-IUD jista’ jiddaħħal immedjatament wara korriment.

Għadni kif kelli tarbija. Meta jista’ jkolli IUD imdaħħal?
IUD jista’ jitwaħħal wara 4 ġimgħat wara li twelled. Se jkollok bżonn ta’ kontraċezzjoni alternattiva minn 3 ġimgħat wara t-twelid sakemm jiddaħħal l-IUD. F’ċerti ċirkostanzi l-IUD jista’ wkoll jiddaħħal 48 siegħa wara t-twelid.

Huwa sikur li tuża IUD meta tkun qed tredda’ u ma jaffettwax il-provvista tal-ħalib tiegħek.

Kemm-il darba għandi mmur għal check-up?
It-tabib tiegħek jgħidlek meta jkun l-appuntament li jmiss. Madankollu, tistennax għall-appuntament li jmiss jekk:

  • Qbiżt mestruwazzjoni, jew taħseb li tista’ tkun tqila.
  • Jista’ jkollok STI jew HIV/AIDS.
  • Il-ħjut tal-IUD jidhru li biddlu t-tul tagħhom jew m’għadhomx hemm.
  • Għandek uġigħ qawwi fin-naħa t’isfel taż-żaqq.

Jekk għandi l-IUD, jien protetta minn Infezzjonijiet Trażmessi Sesswalment?
Le, il-kondoms tal-irġiel u tan-nisa biss (meta jintużaw b’mod korrett u konsistenti) jipproteġuk mill-STIs.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.