Infezzjonijiet Ġenitali Mhux Speċifiċi

1) Uretrite
X’inhi l-uretrite?

  • Kundizzjoni li fiha l-uretra (it-tubu li jġorr l-awrina mill-bużżieqa tal-awrina għal barra l-ġisem) tiġi irritata.
  • L-uretrite hija primarjament ikkawżata mill-batterji.
  • L-uretrite mhijiex infezzjoni fl-apparat tal-awrina peress li l-uretrite tinvolvi infjammazzjoni tal-uretra. Infezzjoni fl-apparat tal-awrina, min-naħa l-oħra, jista’ jkollha sintomi simili iżda teħtieġ metodu differenti ta’ trattament.
  • L-uretrite tista’ taffettwa lil kulħadd.
  • Mara tipika b’karatteristiċi anatomiċi u fiżjoloġiċi hija aktar probabbli li tiżviluppa din il-kundizzjoni minħabba li għandha uretra iqsar li tagħmilha aktar faċli għall-batterji biex jidħlu. Anatomija tipika maskili għandha pene twil li jagħmilha aktar diffiċli għall-batterji biex jidħlu.

X’inhuma s-sintomi assoċjati mal-uretrite?
Sintomi f’persuni b’ġenitali maskili:

  • Uġigħ fil-ħruq mal-awrina.
  • Sensazzjoni ta’ ħakk jew ħruq preżenti fil-pene.
  • Demm fis-semen jew fl-awrina.
  • Tisfija anormali mill-pene.

Sintomi f’persuni bil-ġenitali femminili:

  • Awrina frekwenti u sensazzjoni akbar ta’ urġenza għall-awrina.
  • Uġigħ fil-ħruq mal-awrina.
  • Ħruq jew irritazzjoni fiż-żona ġenitali.
  • Tisfija vaġinali anormali.

Il-persuni bl-uretrite mhux neċessarjament ikollhom sintomi li jindunaw bihom.

X’inhuma l-kawżi tal-uretrite?

  • L-uretrite tista’ tkun “gonokokkali” jew “mhux gonokokkali”.
  • L-uretrite gonokokkali hija kkawżata min-Neisseria gonorrhoea, l-istess batterju li jikkawża l-gonorrea. Dan jirrappreżenta 20 % tal-kawżi kollha tal-uretrite.
  • Uretrite mhux gonokokkali tinkludi l-kawżi l-oħra kollha tal-uretrite. Dan jinkludi l-klamidja jew STIs oħra.
  • Huwa possibbli wkoll li l-uretra tiġi irritata mingħajr ma jkun hemm STI. Eżempji jinkludu l-irritazzjoni wara l-inserzjoni tal-kateter (pajp imdaħħal fl-uretra biex titbattal l-awrina) jew kwalunkwe forma oħra ta’ trawma.

Kif tiġi dijanjostikata l-uretrite?

  • Trid iżżur it-tabib tiegħek.
  • It-tabib tiegħek se jistaqsik dwar is-sintomi tiegħek u jaralek iż-żona ġenitali tiegħek għal kwalunkwe uġigħ, tisfija anormali mill-vaġina jew mill-pene jew kwalunkwe sinjal ta’ STI.
  • It-tabib jista’ wkoll jordna diversi testijiet sabiex jeskludi l-kawża sottostanti jew l-uretrite. Jistgħu jittieħdu testijiet tad-demm kif ukoll kampjuni tal-awrina jew swabs sabiex jiġi eskluż STI bħala kawża possibbli.

Għandi ngħid lis-sieħeb tiegħi jekk ikolli STI?

  • Is-sħab sesswali għandhom jirċievu trattament ukoll jekk ikunu infettati b’STI bħal gonorrea jew klamidja.
  • Kun ċert li tinforma lill-partner tiegħek peress li dik il-persuna tista’ ma tkunx taf li għandha STI.

Kif tista’ tiġi kkurata l-uretrite?

  • It-tabib tiegħek se jiggwidak u jagħtik il-medikazzjoni xierqa.
  • Qis li tieħu l-mediċini kollha.
  • Qis li tattendi sessjonijiet ta’ segwitu. Importanti li tattendi dawn is-sessjonijiet speċjalment jekk għadek qed tesperjenza s-sintomi.
  • Importanti li tinforma lit-tabib jekk intix tqila peress li dan jista’ jinfluwenza t-tip ta’ antibijotiċi li t-tabib jista’ jagħtik.

2) Ċerviċite
Iċ-ċerviċi hija struttura preżenti fil-ġuf. Din tgħaqqad il-vaġina mal-utru. Meta ċ-ċerviċi tintefaħ, il-kundizzjoni tissejjaħ ċerviċite.

X’jikkawża ċ-ċerviċite?

  • Iċ-ċerviċite hija kkawżata l-aktar min-Neisseria gonorrhoea jew il-Chlamydia trachomatis.
  • It-trikomonjażi, il-herpes ġenitali jew il-Mycoplasma genitalium ġew assoċjati wkoll maċ-ċerviċite.
  • Hemm data limitata li t-tbaħbiħ (douching) jista’ żżid ir-riskju tiegħek li tiżviluppa l-marda. It-tbaħbiħ jinvolvi l-ħasil taż-żona ġenitali bis-sapun u bl-ilma. Dan jista’ jfixkel il-bilanċ naturali ta’ batterji tajbin u ħżiena preżenti fil-vaġina.
  • L-esponiment vaġinali għal sustanzi kimiċi li huma irritanti jista’ jwassal ukoll għal ċerviċite.
  • Reazzjonijiet allerġiċi għall-ispermiċidi, għal-latex fil-kondoms u għal irritanti oħra jistgħu jwasslu għal ċerviċite.
  • Tkabbir żejjed tal-batterji jista’ jwassal ukoll għal ċerviċite (vaġinożi batterika).

X’inhuma s-sintomi assoċjati maċ-ċerviċite?

Iċ-ċerviċite spiss ma tikkawżax sintomi. Madankollu, jekk ikollok sintomi, dawn jistgħu jinkludu:

  • Ammonti kbar ta’ tisfija vaġinali.
  • Awrina frekwenti.
  • Awrina li tikkawża uġigħ.
  • Uġigħ waqt interkors sesswali.
  • Demm bejn perjodi mestrwali.
  • Demm vaġinali wara s-sess.

X’inhuma l-fatturi ta’ riskju għaċ-ċerviċite?

  • Involviment f’imġiba sesswali b’riskju għoli bħal sess mhux protett, sess ma’ diversi sħab jew kondiviżjoni ta’ ġugarelli sesswali.
  • Li jkollok relazzjonijiet sesswali ta’età żgħira.
  • Storja ta’ mard trażmess sesswalment.

Tista’ tiġi kkurata ċ-ċerviċite?

  • Importanti li żżur it-tabib tiegħek jekk qed tesperjenza dawn is-sintomi.
  • It-tabib jippreskrivi l-antibijotiċi skont l-infezzjoni sottostanti.
  • Huwa importanti li tieħu l-medikazzjoni kollha u tinforma lis-sieħeb tiegħek jekk ikollok STI peress li s-sieħeb tiegħek jista’ jkun qed isofri mill-istess STI u jkun jeħtieġ trattament.
  • Tastjeni milli jkollok sess mas-sieħeb tiegħek sakemm int u s-sieħeb tiegħek tkun għaddietilkom il-marda. It-tabib tiegħek jinfurmak meta jkun sikur li jerġa’ jkollok is-sess.
  • Tattendi żjarat ta’ segwitu peress li dawn jistgħu jiddeterminaw jekk iċ-ċerviċite tkunx issolviet jew le.
  • Jekk is-sintomi jerġgħu jseħħu wara l-kura, għandek terġa’ żżur lit-tabib għal rivalutazzjoni.

Is-sieħeb tiegħi għandu jiġi ttestjat għall-STIs jekk ikolli ċerviċite?

  • Iva, jekk għandek STI, is-sieħeb tiegħek irid jiġi ttestjat ukoll u jirċievi t-trattament xieraq.
  • Għandek toqgħod lura mis-sess sakemm tkun ġejt ikkurata b’mod sħiħ u l-STI jkun inqered. It-tabib tiegħek jista’ jiggwidak u jinfurmak dwar meta jista’ jkollok is-sess mill-ġdid.

HIV u ċerviċite
Persuni b’ġenitalia femminili li għandhom l-HIV jiżviluppaw ukoll ċerviċite, u dan jista’ jwassal għal riskju akbar ta’ trażmissjoni tal-HIV lis-sieħeb tiegħek.

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Kellem lit-tabib tiegħek.
  • Ċempel lil GU Clinic fit-25457494/1 għal appuntament

Referenzi:

https://www.cdc.gov/std/treatment-guidelines/urethritis-and-cervicitis.htm

https://www.mayoclinic.org/diseases-conditions/cervicitis/symptoms-causes/syc-20370814

https://www.cdc.gov/std/treatment-guidelines/urethritis-and-cervicitis.htm

https://www.healthline.com/health/urethritis

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.