Uroloġika

L-inkontinenza
L-inkontinenza tal-istress isseħħ minħabba strapazz fiżiku li jitfa’ pressjoni fuq il-bużżieqa tal-awrina, u li jikkawża tnixxija. L-inkontinenza hija dovuta għal kontrazzjonijiet irregolari tal-bużżieqa tal-awrina, li joħolqu ħtieġa urġenti biex il-persuna tgħaddi l-ilma.

F’dawk b’anatomija maskili tipika, l-inkontinenza tista’ tkun sintomu tad-dijabete, prostata mkabbra, il-marda ta’ Parkinson, ċerti tipi ta’ kirurġija għall-kanċer tal-prostata, jew kirurġija oħra fuq il-glandola tal-prostata.

Eżerċizzji għal Qiegħ il-Pelvis
L-eżerċizzji għal qiegħ il-pelvis jistgħu jtejbu l-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina u tal-imsaren, kif ukoll iżidu l-pjaċir sesswali. Saffi ta’ muskoli u ligamenti jestendu mill-għadma pubika sas-sinsla u b’hekk jgħinu biex isostnu l-bużżieqa tal-awrina u l-imsaren, u l-utru meta jkun preżenti.

Meta teżerċita l-muskoli ta’ qiegħ il-pelvis, trid tara li ma tiġbidx l-istonku ‘l ġewwa , iżżomm in-nifs, jew tissikka l-warrani. Il-muskoli li qed teżerċita huma dawk li kieku tissikkahom biex twaqqaf n-nixxiegħa tal-awrina f’nofsha. Għandek tbattal il-bużżieqa tal-awrina qabel ma tipprova tagħmel dawn l-eżerċizzji, imbagħad tpoġġi fuq siġġu komdu b’irkopptejk ftit ‘l bogħod minn xulxin. Int u tagħmel l-eżerċizzji, ara li ma żżommx in-nifs, tiġbed l-istonku ‘il ġewwa jew tissikka saqajk jew il-muskolu anali. Issikka l-muskoli għal ħames sekondi u mbagħad illaxka għal ħames sekondi oħra. Irrepeti u asal bil-mod għal intervalli ta’ għaxar sekondi.

Infezzjonijiet fil-Kanal tal-Awrina
L-awrina li tweġġa’ tista’ tkun sintomu ta’ STI iżda hija kkawżata b’mod predominanti mill-batterji E. coli. Dawk b’anatomija u fiżjoloġija femminili huma aktar suxxettibbli għal infezzjonijiet fl-apparat tal-awrina peress li hemm distanza iqsar bejn l-uretra u l-anus. Id-dijabetiċi, dawk bi prostatiżmu (minħabba t-tbattil mhux komplut tal-bużżieqa tal-awrina), u l-persuni akbar fl-età huma aktar probabbli li jieħdu dawn l-infezzjonijiet. It-testijiet tal-awrina normalment jitwettqu skont l-istruzzjonijiet tat-tabib tiegħek. Dawn jiġu ttrattati faċilment bl-antibijotiċi.

Huwa rrakkomandat li tixrob ħafna ilma u cranberry juice, li jaħdem billi fi ftit sigħat jirnexxielu jżomm il-batterji milli jeħlu mas-sistema tal-awrina. Jista’ jkun hemm bżonn li tara uroloġu jekk is-sintomi jippersistu.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.