Epatite E

X’inhi l-epatite (hepatitis)?
L-epatite hija infjammazzjoni tal-fwied. Hemm tipi differenti ta’ epatite, iżda din l-informazzjoni se tiffoka biss fuq l-Epatite E (Hepatitis E).

X’inhi l-Epatite E?
L-Epatite E hija virus (HEV) li jikkawża infezzjoni fil-fwied fil-bnedmin li ġeneralment tirriżulta f’infezzjoni ħafifa, iżda li tista’ twassal għall-mewt f’xi wħud. L-Epatite E severa hija ġeneralment aktar frekwenti matul it-tqala u f’persuni b’sistemi immunitarji mdgħajfa.

X’inhuma s-sintomi tal-Epatite E?
Xi nies ma jkollhom l-ebda sintomu. Jekk ikunu preżenti, dawn jinkludu:

  • Deni ħafif.
  • Dardir u remettar.
  • Nuqqas ta’ aptit.
  • Uġigħ addominali
  • Ħakk
  • Raxx tal-ġilda.
  • Uġigħ fil-ġogi.
  • Suffejra (kulur isfar tal-ġilda u tal-abjad tal-għajnejn).
  • Awrina skura.
  • Ippurgar ċar.

F’nisa tqal, speċjalment fit-tieni u t-tielet trimestru, l-Epatite E tista’ twassal għal problemi akuti tal-fwied, telf tal-fetu, u mewt. F’persuni b’sistemi immunitarji mdgħajfa, dan jista’ jwassal għal Epatite E kronika, speċjalment f’pazjenti li kellhom trapjant ta’ organi u jinsabu fuq kura li ddgħajjef is-sistema immunitarja.

Kemm idumu s-sintomi?
Is-sintomi jistgħu jdumu minn ġimgħa sa sitt ġimgħat u jiżviluppaw fuq perjodu ta’ diversi jiem.

Kif tinfirex?
Il-virus jiġi trażmess permezz tar-rotta fekali-orali f’żoni b’sanità fqira, tipikament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Ġeneralment jinfirex billi jinxtorob ilma kkontaminat bil-feċi (jewl- ippurgar) ta’ persuna infettata. Fil-pajjiżi żviluppati, dan jista’ jinfirex permezz tal-konsum ta’ majjal jew ċriev nejjin jew mhux imsajrin biżżejjed.

Min huwa f’riskju ta’ infezzjoni?
L-Epatite E f’Malta hija rari ħafna, iżda tista’ tkun f’riskju meta tivvjaġġa lejn pajjiżi fejn hija komuni. Persuni b’sistema immunitarja mdgħajfa u trapjanti solidi ta’ organi shuma f’riskju li jaqbdu l-Epatite E u jiżviluppaw kumplikazzjonijiet.

Hemm kura għall-Epatite E?
Ma hemm l-ebda trattament speċifiku. Ġeneralment din titjieb mingħajr trattament. Wieħed għandu jevita l-aċetamina / il-paracetamol u kura li twaqqaf ir-remettar.

Persuni li jsofru minn epatite severa u nisa tqal infettati bl-Epatite E ikunu jeħtieġu jiddaħlu l-isptar.

Kif tista’ tiġi evitata l-Epatite E?
L-aktar modi importanti biex jitnaqqas ir-riskju tal-infezzjoni huma:

  • Li inżamm iġjene tajba.
  • Li tevita l-konsum ta’ ilma u silġ li jistgħu jkunu kkontaminati jew minn sors mhux magħruf.

Kif nista’ nkun naf jekk għandix l-Epatite E?
Kellem lit-tabib tiegħek.

Appoġġ u Kuntatti għal aktar informazzjoni kkuntattja

Riżorsi użati:

https://www.cdc.gov/hepatitis/hev/efaq.htm

https://www.who.int/news-room/fact-sheets/detail/hepatitis-e

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.