Newroloġika

L-isklerożi multipla
L-isklerożi multipla taffettwa s-sistema nervuża ċentrali, li tikkontrolla l-funzjonament konjittiv, motorju u sensorju. Hija marbuta

Il-marda ta’ Parkinsons
Hemm għadd ta’ fatturi involuti fil-funzjoni sesswali mdgħajfa marbuta mal-Parkinson’s. Dawn jinkludu tnaqqis fl-attività tad-dopamina, mobilità mnaqqsa, u disfunzjoni tas-sistema nervuża awtonoma (ANS). L-ANS tikkontrolla l-funzjonijiet tal-ġisem li mhumiex taħt il-kontroll konxju. Dan jista’ jaffettwa diversi stadji taċ-ċiklu tar-rispons sesswali (jiġifieri t-tqanqil, il-lubrikazzjoni, l-orgażmu). Barra minn hekk, il-pazjenti li jbatu minn marda bħall-Parkinson’s jistgħu jbatu wkoll minn dipressjoni u ansjetà, li jkomplu jaffettwaw il-funzjoni sesswali.

Koppji fejn partner minnhom ikollu diffikultajiet motorji m’għandhomx għalfejn jieqfu jgawdu s-sess. Xi koppji jsibuha diffiċli biex jadattaw għar-rwoli l-ġodda li t-tnejn li huma jridu jwettqu (‘pazjent’ u ‘persuna li tieħu ħsieb’), iżda biż-żmien u l-komunikazzjoni, in-nies isibu li dan jista’ jqarribhom aktar. Huwa importanti li l-koppja tqatta’ l-ħin flimkien tagħmel l-affarijiet li jgawdu t-tnejn li huma. Il-ħlewwa u l-intimità huma l-pedament biex ikompli jitgawda s-sess, għalkemm il-koppja jista’ jkollha tagħmel xi aġġustamenti. Pereżempju, jista’ jkollhom jikkunsidraw pożizzjonijiet jew attivitajiet sesswali alternattivi, bħall-masturbazzjoni reċiproka jew is-sess orali.

aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.