Il-Furrax Pubiku

X’inhu l-furrax?
Il-furrax pubiku huma insetti mikroskopiċi li jeħlu max-xagħar tal-bniedem u jiġu trażmessi permezz ta’ kuntatt mill-qrib.

Il-furrax pubiku adult ikun twil madwar 2mm u jkun qisu granċ. Normalment jidher taħt il-lenti. Huwa ta’ lewn isfar fil-ġriż jew ħamrani u għandu sitt saqajn. Il-furrax pubiku tipikament jinstab imwaħħal mas-suf fil-parti pubika, iżda xi kultant jinstab ukoll f’partijiet oħra tal-ġisem bħall-ħuġbejn, xagħar tal-għajnejn, id-daqna, il-mustaċċ, is-sider u taħt l-abt. Il-furrax ibid il-bajd f’boroż li jeħlu sew max-xagħar. Meta l-bajd ifaqqas, il-bajd vojt ikun abjad.

X’inhuma s-sintomi?
Is-sintomi jistgħu jidhru wara diversi ġimgħat. Il-furrax publiku jista’ jikkawża l-istess sintomi kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel.

Is-sintomi jinkludu:

  • Ħakk sever fiż-żona affettwata, speċjalment billejl.
  • Infjammazzjoni u irritazzjoni kkawżati mill-brix u l-ħakk.
  • Trab iswed taħt l-ilbies ta’ taħt.
  • Tikek blu jew tikek żgħar tad-demm fuq il-ġilda (eż. mal-koxox u n-naħa ta’ taħt taż-żaqq) – ikkawżati mill-gdim tal-furrax.

N.B. Il-biċċa l-kbira tal-ħakk iseħħ matul il-lejl minħabba li dak il-ħin ikun meta s-soltu jkun attiv il-furrax. Il-ħakk huwa l-aktar sintomu komuni tal-furrax pubiku u huwa reazzjoni allerġika għall-bżieq tiegħu.

Kif jista’ jiġi evitat l-furrax pubiku?
Il-kondoms u metodi oħra ta’ kontraċezzjoni li jagħmlu barriera ma jipproteġux kontra l-furrax pubiku. Il-furrax jimxi mix-xagħar għax-xagħar u jgħix fuq demm il-bnedmin. Għalhekk, il-furrax jista’ biss iħalli l-ġisem biex jiċċaqlaq minn persuna għal oħra.

L-aktar mod komuni li bih jinfirex il-furrax pubiku huwa permezz ta’ kuntatt sesswali, inkluż is-sess vaġinali, anali u orali. It-tgħanniq u l-bews jistgħu jikkawżaw ukoll trażmissjoni. F’każijiet rari, il-furrax pubiku jinfirex permezz tal-qsim ta’ ħwejjeġ, xugamani u friex.

Kif jiġi ttrattat?
Jiġi ttrattat billi jiġi applikat tip speċjali ta’ xampù jew krema lix-xagħar, u dan għandu jiġi ripetut wara 3 sa 7 ijiem. Persuni li kienu f’kuntatt mill-qrib mal-persuna infettata, bħal membri tal-unità domestika u s-sħab sesswali, għandhom jiġu ttrattati wkoll.

Ħasil ta’ ħwejjeġ, xugamani u friex
Il-ħwejjeġ, ix-xugamani u l-lożor kollha għandhom jinħaslu f’magna tal-ħasil b’ċiklu jaħraq (50C jew ogħla). It-temperaturi sħan joqtlu l-furrax u jipprevjenu l-infezzjoni mill-ġdid.

Aktar informazzjoni u għajnuna

  • Jekk għandek il-furrax pubiku, għandek tiġi ttestjat/a ukoll għal STIs oħra.
  • Il-furrax ma jittrażmettix l-HIV jew l-STIs.
  • Kellem lit-tabib tiegħek dwar STIs oħra. Madankollu, huwa rrakkomandat li jsir eżami. L-STIs jistgħu jiġu trażmessi waqt kuntatt sesswali.
  • Ċempel lill-GU Clinic fuq 22545794/1 għal appuntament.
aħbarijiet & attivitajiet

L-Aħħar Aħbarijiet Tagħna

Riżorsi

Riżorsi Utli

Għandi bżonn check-up?

Wieġeb ftit mistoqsijiet biex niddeterminaw jekk għandekx bżonn tiskeda appuntament. Jekk le, aħna nipprovdu gwida dwar il-passi li jmiss.

Sexual Health Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.